Bil-konferenza stampa li ghamel Tonio Fenech nhar il-Hamis li ghadda, tabilhaqq intmess il-qiegh f'din il-kampanja elettorali. Bhala Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech qatt ma missu ha sehem f'konferenza stampa fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista b'suggett li certament jincidi fuq is-servizzi finanzjarji li jaqghu taht ir-responsabbiltajiet ministerjali diretta tieghu.
B'dak li ghamel nhar il-Hamis li ghadda Tonio Fenech attakka l-integrità tas-sistema tas-servizzi finanzjarji ta' dan il-pajjiz minghajr ebda bazi ta' xejn u purament ghal skopijiet partiggjani.
Tonio Fenech allega li tlett professjonisti li joffru servizzi fiducjarji, Joe Cordina, Dr Martin Fenech u Charles Scerri, permezz tal-kumpannija Intershore Fiduciary Services, b'xi mod assocjaw irwiehom mal-korruzzjoni li kienet ghaddejja fix-xiri taz-zejt mill-Enemalta.
Kieku verament dan kien il-kaz, bhala Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech kien fl-obbligu li jirrapporta dan lill-awtoritajiet kompetenti fosthom l-MFSA u l-Pulizija, b'mod diskret biex ma jimminnax il-fiducja tas-sistema tas-servizzi finanzjarji gewwa pajjizna.
Imma flok ghamel dak li kien fid-dover li jaghmel, Tonio Fenech ghazel li jaghmel konferenza stampa partiggjana, fejn qaghad jispinnja kemm jiflah abbazi tal-fatt li l-kumpannija Intershore Fiduciary Services Limited ghal xi snin ipprovdiet servizzi professjonali lill-kumpannija Aikon Limited ta' George Farrugia, l-agent tat-Trafigura.
Issa kull min ghandu ftit gharfien baziku ta' kif tahdem is-sistema tas-servizzi fiducjarji gewwa pajjizna, jaf illi meta jkollok persuna li ghar-ragunijiet taghha tuza kumpannija fiducjarja biex ikollu ishma f'xi kumpannija, il-proprjetà ta' dawn l-ishma u l-kontroll effettiv taghhom jibqghu f'idejn min verament min ikun xtara l-ishma, f'dan il-kaz George Farrugia.
Nhar il-Hamis filghaxija Joe Cordina, Dr Martin Fenech u Charles Scerri esprimew id-dispjacir taghhom ghal mod kif isem il-kumpannija taghhom gie uzat mill-Partit Nazzjonalista u ddikjaraw li fl-ebda mument, la direttament u lanqas indirettament, Intershore Services Limited ma kellha x'taqsam mal-kummissjonijiet taz-zejt.
Ghas-servizzi professjonali li l-kumpannija kienet taghti lill-kumpannija ta' George Farrugia, Aikon Limited, Intershore Services Limited kienet thallas is-somma ta' €700 fis-sena, ftit aktar miz-zieda ta' €500 fil-gimgha li Tonio Fenech u shabu l-ministri taw lilhom infushom bil-mohbi.
Bl-aktar mod dizonest, Tonio Fenech f'tentattiv iddisprat biex forsi hu u shabu jinqalghu mill-fondoq li jinsabu fih, ivvinta minn zniedu dan id-diversiv meta suppost jaf li l-kontroll assolut tal-kumpannija Aikon Limited, kien jinsab f'idejn il-proprjetarju effettiv tal-ishma taghha (George Farrugia) u mhux tal-kumpannija li taghti s-servizzi fiducjarji.
Bl-iktar mod dizonest, Tonio Fenech mhux biss implika minghajr ebda bazi ta' xejn lil Joe Cordina, lil Martin Fenech u lil Charles Scerri fl-iskandlu tal-commissions taz-zejt, imma ghax Joe Cordina kien l-amministratur finanzjarju tal-Partit Laburista, ipprova anki jdahhal lill-PL fil-bixkla.
Naturalment, huwa u jaghmel dan, Tonio Fenech x'aktarx kien qieghed ikejjel b'xiber il-partit tieghu, li huwa proprju minhabba fih li f'Malta m'hawnx ligi dwar il-finanzjament tal-partiti li kellha tizgura trasparenza assoluta f'dan il-kamp.
Austin Gatt, Tonio Fenech, u l-Partit Nazzjonalista tant gew skussjati minn dan l-akbar skandlu ta' korruzzjoni li qatt assistejna ghalih f'pajjizna, li l-hin kollu jaraw x'jivvintaw biex jiddevjaw l-attenzjoni tal-pubbliku minn fuq dan l-iskandlu li s-sistemi laxki tal-amministrazzjonijiet Nazzjon-alisti ppermettew.
Austin Gatt hareg bil-hlieqa li kien sar frejm-up mill-Partit Laburista u spicca mharrek ghal difamazzjoni minn tlett kandidati Laburisti.
Biex minghalih jiskorja politikament Tonio Fenech, ghamel l-izball madornali li bhala Ministru tal-Finanzi attakka l-integrità tas-sistema tas-servizzi finanzjarji f'pajjizna.
Kieku verament kien hemm suspetti fondati li l-kumpannija Intershore Services Limited ma agixxietx kif suppost skont il-ligi, kellhom ikunu l-awtoritajiet kompetenti li jirrilevaw dan u mhux Tonio Fenech waqt konferenza stampa tal-Partit Nazzjonalista mill-aktar partiggjana.
Imma Tonio Fenech u l-PN tant jinsabu f'sitwazzjoni inkrepattiva, li ma realizzawx jew inkella ma ddejqu xejn li b'dak li ghamlu l-hamis li ghadda, infamaw mhux biss lil Joe Cordina, li kien fil-mira principali taghhom, imma infamaw ukoll lil wiehed minn shabhom, l-eks kandidat Nazzjonalista Martin Fenech, kif ukoll lill-accountant Charles Scerri.
Fid-disprament politiku li jinsab jah-kimhom, f'ghajnejn Tonio Fenech u shabu kull mezz huwa legittimu, anki jekk jispiccaw jaghmlu hsara kbira lil wiehed minn taghhom.
Fl-ahhar mill-ahhar il-qofol tal-kwistjoni kollha hija l-illogicità ta' min wassal lill-pajjiz f'sitwazzjoni fejn ghandu power station gdida li tahdem bl-aktar zejt li jniggez flok bil-gass u li fil-pajjiz kien hawn sistema ta' xiri ta' zejt mill-Enemalta tant laxka u perofrabbli li ppermetiet li jsehh skandlu enormi li qatt ma konna rajna bhalu.

| < Prev | Next > |
|---|






