Friday
Oct 24th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Stilista tal-moda popolari ma' Disney b'gheruq Maltin

E-mail Print PDF
Share

electra_black_dressDan l-ahhar aktar sirt nemmen fil-frazi li qatt ma jigri xejn ta' xejn. Qieghda nghid hekk ghax dan l-ahhar kif normalment naghmel meta nkun qed inqatta' ftit hin man-neputija ckejkna tieghi, konna qeghdin nesploraw fl-internet flimkien fuq il-website ta' Disney li hija mmirata ghat-tfal. Din ikun fiha loghob, stejjer u anke sezzjoni fejn tlibbes ilbiesi differenti lill-karattri ta' Disney.

Darba fost l-ohrajn waqt sezzjoni normali bhal din, b'sorpriza ghalijja n-neputija klikkjat fuq wiehed mill-videos ta' din il-website u mal-ewwel giet tfajla li ntroduciet ruhha bhala Electra Formosa. Jien hsibt li ma fhimtx l-isem sew, u ergajt bdejt il-video mill-bidu biex jibda mill-gdid. U fil-fatt regghet irrepetiet l-istess isem. Kont smajt sew, ghax il-kunjom kien Formosa u mal-ewwel hsibt li seta' kellha xi konnessjoni ma' Malta. Tlabtha intervista u accettat.

 

Minn dakinhar stess bdejt bl-investigazzjoni u tfittxija tieghi, u minn hawn u minn hemm irnexxieli nsib kuntatt maghha, fejn anke ikkonfermajt li ghandha konnessjoni ma' Malta. Fil-fatt nannuha kien Malti, u sal-lum ghad ghandha familjari jghixu hawn Malta.

Tlabtha intervista u mal-ewwel accettat. Sadanittant kont skoprejt aktar dwarha u sibt li hija popolari kemm fuq it-televizjoni u anke wara l-kwinti tal-media Ingliza - specjalment fil-qasam tal-moda.

Hija fil-fatt popolari l-aktar ghax tipprezenta zewg programmi tal-moda fuq id-Disney Channel UK - "Get The Look" u "Get The Junior Look". Dehret ukoll fuq red carpets importanti fosthom l-MTV Video Music Awards.

Electra ghad ghandha 24 sena, u minbarra li hija prezentattrici fuq it-televizjoni, hija wkoll fashion stylist. B'hekk tikkombina l-professjoni taghha fuq it-televizjoni permezz tal-programmi taghha li xxandar fuq id-Disney Channel UK.

Il-programmi taghha huma l-aktar immirati ghat-tfal u anke lejn zghazagh zghar, sabiex jispiraw ruhhom ghall-moda.

 

Gheruq Maltin

 

Bdejt billi kellimtha dwar il-konnessjoni taghha ma' Malta. Fil-fatt infurmatni li n-nannu taghha kien Joe Formosa u kien minn Haz-Zabbar. Hafna mill-qraba taghha ghadhom fil-fatt jghixu hemm.

Kompliet tghidli li minn Haz-Zabbar in-nannu taghha kien mar joqghod Plymouth, fl-Ingilterra peress li dak iz-zmien kien jahdem man-navy. L-Ingilterra zzewweg lin-nanna ta' Electra u baqa' jghix hemmhekk sa mewtu. Missier Electra twieled l-Ingilterra u fil-fatt trabba fi Plymouth ukoll.

B'dawn ir-rakkonti taghha, Electra bdiet iggedded il-memorji taghha dwar il-konnessjoni tal-gheruq taghha ma' Malta. Fil-fatt s'issa Electra zaret lil Malta darba biss, fejn stqarret li ghogbitha hafna, specjalment is-sajf Malti.

Sirt naf li Electra segwiet il-passi t'ommha fil-moda, ghaliex ommha hija l-famuza Ariane Poole li tahdem bhala make-up artist ma' celebritajiet kbar.

B'hekk tlabtha tikkummenta dwar din il-konnessjoni taghhom it-tnejn fix-xena tal-moda.

"Inqisu bhala vantagg li ommi tahdem fl-istess linja tieghi. Ta' spiss ittini xi pariri fuq kif nista' nesperimenta bil-make-up fuqi stess. Biha ghandi wkoll dak il-vantagg li meta nkun ser nattendi ghal xi attivitajiet tkun tista' taghmilli l-make-up ommi stess," sostniet Electra b'certu sodisfazzjon fuqha.

 

Gibda awtomatika lejn

il-karattri ta' Disney

 

Staqsejt lil Electra, ghaliex proprju ghazlet il-karattri ta' Disney sabiex tahdem bihom. Fil-fatt bla tlaqliq ta' xejn Electra stqarret mieghi li tinsab kuntentissima li qieghda tahdem proprju bil-karattri ta' Disney.

"Kwazi kull tifel u tifla ghandu xi memorja sabiha ta' xi wiehed mill-karattri ta' Disney. Jien fil-fatt ghandi hafna memorji ghax meta kont zghira kont inhobb inlibbes lil Princess Belle u anke niftakarni nkanta ma' kull kanzunetta li kienet tindaqq f'xi film ta' Disney".

Ta' min isemmi li dan l-ahhar Electra kienet qieghda tikseb certu fama u successi, anke fuq it-tapit l-ahmar tal-MTV Video Music Awards.

Ipprezentat u mxiet fuq it-tapit l-ahmar ukoll waqt il-Kids BAFTAS Awards 2012 li saru f'Londra. Ridt niehu l-kummenti taghha dwar dan.

"Niehu gost hafna meta nipprezenta fuq it-tapit l-ahmar, ghall-fatt li trid tidher fl-ahjar mod possibbli tieghek. Fejn tidhol moda ser tarani hemm b'ghajnejn miftuha berah, anke sabiex insegwi u nosserva dak li haddiehor ikun libes.

Ricentament ukoll, Electra pprezentat show imsejjha "Minnie and You", bhala parti mic-celebrazzjonijiet ta' Minnie Mouse waqt il-London Fashion Week.

"Inzertajt inhobb hafna lil Minnie Mouse, allura kienet xi haga pozittiva u ghal qalbi li nkun involuta f'dan il-progett," ikkummentat Electra.

Fl-ahharnett Electra sostniet li mhix it-tip li taghmel rizoluzzjonijiet ghal sena gdida, izda stqarret li din is-sena tittama li tkun sena kbira ghaliha, fejn bi hsiebha twettaq xi ambizzjonijiet partikolari li ghandha f'mohhha!!

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fri Sat Sun Mon Tue

 

Karikatura

 

Faccata