Ftit jiem biss qabel l-elezzjoni generali l-Partit Nazzjonalista qed jerga' jwieghed il-bejgh tal-oqbra fic-cimiterju tal-Addolorata. Din il-gazzetta ghandha f'idejha numru ta' ittri mibghuta mis-Supretendent tas-Sahha Pubblika u datati 13 ta' Frar 2013, liema ittri jheggu lil dawk interessati li jixtru qabar biex jibghatu l-applikazzjoni taghhom biex jakkwistaw wiehed minn 3,000 qabar gdid.
L-ittri jghidu li madwar 3,000 qabar gdid se jigu mibjugha kollha lill-pubbliku ghall-prezz ta' €5,000 b'depozitu ta' €2,500. "Bis-sahha ta' dan it-tkabbir tac-Cimiterju tal-Addolorata l-applikazzjoni tieghek ... issa tista' tibda tigi pprocessata u jibdew isiru l-preparamenti biex mal-ghoti tat-tender ikun jista' jigi ffirmat konvenju."
Izda biex l-applikazzjoni tibda' tigi processata, l-ewwel wiehed irid jirregistra l-interess tieghu mill-gdid billi jibghat applikazzjoni ohra permezz ta' formola an mhux iktar tard minn tliet gimghat mid-data tal-ittra, jigifieri precizament tlett ijiem qabel l-elezzjoni generali.
Dan kollu jixhed kif ghal darb' ohra l-Partit Nazzjonalista qieghed juza l-mewt u l-mejtin biex jipprova jakkwista l-voti qabel l-elezzjoni. Din it-tattika mahmuga intuzat ukoll qabel l-elezzjoni tal-2008, meta l-Ministru Joe Cassar kien wieghed 2,782 qabar gdid fl-Addolorata, li 2,500 minnhom kienu se jinbieghu lill-pubbliku ghal €5,000.
Hames snin ilu, l-istess persuni li llum ircevew l-ittri minghandi is-Supretendent tas-Sahha, kienu rcevew ittri minghand l-Amministrazzjoni tad-Dfin li talbithom jirregistraw l-interess taghhom biex jakkwistaw qabar. L-istess bhal ma gara din is-sena, l-ittri tal-2008 kienu datati 4 ta' Frar; ftit gimghat qabel l-elezzjoni generali.
Izda wara li ghaddiet l-elezzjoni generali tal-2008 baqa' ma sar xejn izjed fuq dawn l-oqbra, u l-applikanti qatt ma semghu xejn minghand hadd. Minflok regghu gew insultati b'ittra ohra ezatt qabel l-elezzjoni li regghet talbithom jirregistraw l-interess taghhom mill-gdid. Tghid se jkun hemm min jaqa' fl-istess nasba darbtejn?

| < Prev | Next > |
|---|






