Wednesday
Oct 22nd
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

SEBH GDID GHAL MALTA

E-mail Print PDF
Share

wenzu

Fl-ahhar qieghda toqrob lejn it-tmiem taghha din il-kampanja interminabbli. Kampanja prolungata ghall-ezigenzi purament partiggjani. Kampanja ta' mhux biss id-disgha gimghat tal-kampanja formali minn meta thabbar ir-writ tal-elezzjoni, imma ta' xhur u anki ta' snin qabel, meta l-Gvern moribond ta' GonziPN kien qieghed fuq ir-respirazzjoni artificjali.

Bi gvern imdendel, il-pajjiz kollu kien imdendel ghal tul ta' zmien, fi klima mill-aktar instabbli politikament, bl-impatt inevitabbli li dan seta' kellu fuq l-ekonomija u fuq l-investiment.

Imma evidentement li kien jimpurtah minnu Lawrence Gonzi ma kienux l-interessi tal-pajjiz, imma l-ezistenza politika tieghu. Ghax altrimenti ghalfejn ghamel iktar minn sena jlaqqa' l-Parlament mill-inqas, u meta laqqghu evita kemm seta' li dak li kien hemm x'jigi diskuss ma jitressaqx ghall-vot.

Matul din il-legizlatura assistejna ghad-disrispett totali lejn l-oghla istituzzjoni tal-pajjiz, fejn wiehed irid jghid li mit-twelid tieghu dan il-gvern beda fuq sieq hazina, meta gab ruhu daqslikieku kellu warajh kunsens wieghsa popolari, meta fil-fatt lanqas biss kellu maggoranza assoluta tal-elettorat.

Matul din il-legizlatura liIl-Gvern ta' Lawrence Gonzi indaqqulu diversi qniepen ta' allarm fl-elezzjonijiet tal-kunsill lokali u tal-Parlament Ewropew, elezzjonijiet li spicca tilef bil-kbir, fejn deher bic-car li kien qieghed isofri minn emoragiji li bdew jizvinawh fl-gheruq tieghu.

Invarjabbilment wara kull wiehed minn dawn l-appuntamenti elettorali li GonziPN tilef bil-goff, kien ikollna lil Lawrence Gonzi jhabbat fuq sidru l-mea culpa, li se jindem u li se jaghmel minn kollox biex jerga' jkun vicin tan-nies, li se jidhol fil-kcejjen biex jisma' l-ugigh tan-nies u li l-Partit Nazzjonalista sincerament jisobghih ghal xi nuqqasijiet li kellu.

Imma l-vizzji koroh ta' dan il-Gvern tant kienu fondi, illi kif appena kienu jghaddu erbghat ijiem minn fuq dawn il-messaggi qawwija li pprova jghaddilu l-elettorat, specjalment minn uhud mill-votanti tradizzjonali tieghu, f'kemm ili nghidlek kien jerga' jirkadi qiesu qatt ma kien xejn, jiehu n-nies for granted, jahseb l-aktar fih innifsu u f'ta' madwaru tal-klikka, dik li wiehed minn tan-naha tieghu stess ghogbu jsejjhilha l-oligarkija, ossija x-xibka ta' hazen.

Kienu hames snin fejn il-gvern ta' Dr Gonzi mexa b'politika ta' awsterità fejn jidhlu nies komuni bhali u bhalek, imma mexa b'politika mill-aktar halja u kapriccjuza fejn jidhlu l-maghzulin tal-klikka.

L-akbar oxxenità li twettqet f'din il-legizlatura u li se tibqa' mmarkata f'mohh in-nies sa dik is-sekonda meta jigu biex jimmarkaw il-vot taghhom is-Sibt li gej, hija z-zieda li taw lil xulxin il-ministri Nazzjonalisti minn wara dahar il-poplu ta' €500-€600 fil-gimgha fl-istess waqt meta l-bqija ta' Malta u Ghawdex inghataw iz-zieda mizera ta' nofs lira fil-gimgha ghall-gholi tal-hajja.

Dan biex ma nsemmix ukoll l-insensittività kbira ta' Lawrence Gonzi li bhal donnu jigu mumenti fuqu fejn ilsienu jikkmandah, meta qal illi kien jerga' jivvota bil-qalb kollha ghall-kontijiet esageratament gholjin tad-dawl u l-ilma.

Imma biex nigu ghall-ghazliet konkreti li rridu naghmlu fi ftit tal-jiem ohra. Ghalfejn "Malta Taghna Lkoll" kif ilu jghid Joseph Muscat fid-disgha gimghat illi li ghaddew?! Semplici; ghax tul il-hames snin li ghaddew u aktar, Malta ma kinitx tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha. Malta ma kinitx lanqas tan-Nazzjonalisti kollha, ahseb u ara kemm kienet ukoll tal-Laburisti.

Malta tmexxiet fl-interessi ta' klikka privileggjata ta' ftit maghzulin, li kienet kemm kienet difficli is-sitwazzjoni internazzjonali, dawn xorta baqghu jmexximxu l-lahma u lin-nies hallewlhom l-ghadma xi jsoffu.
Ipprietkaw is-sagrificcju lil haddiehor, meta huma baqghu jiffuxnaw.
Tul il-hames snin li ghaddew regghu refghu rashom pjagi li jifilgu u jherru t-tessut socjali tal-popalazzjoni taghna.

Forom godda ta' faqar li assumew proporzjonijiet mhux traskurabbli.
Il-kankru tal-korruzzjoni li nfirex fis-saffi kollha tal-gerarkija tal-amministrazzjoni, mill-izghar kunsill lokali fl-aktar naha remota ta' Ghawdex, ghall-gewwieni tal-Ministeru tal-Finanzi fejn gie misjub hati ta' tixhim Segretarju tal-Ministru.

Ix-xibka tal-hazen kompliet tifrex is-swaba taghha. Bil-kontroll assolut fix-xandir pubbliku min-naha tal-klikka GonziPN, li hasbu li jistghu jimmanipulaw l-imhuh tan-nies u jaghgnu l-opinjoni pubblika kif jidhrilhom huma, ezatt kif jaghmlu regimi totalitarji.

Aghar minn hekk, l-arroganza tal-poter intensifikat ruhha f'dawn l-ahhar hames snin ta' tmexxija ta' GonziPN, bis-sintomi qawwija ta' mard socjali bhad-diskriminazzjoni u l-vendikazzjonijiet, b'hafna nies li jahdmu fis-settur pubbliku moghtija l-genb u mixhutin f'rokna, ghax dakollu huma Laburisti jew Nazzjonalisti mhux tal-klikka.

Il-klikka tal-hazen haqret, kasbret kemm felhet u li kien ghaliha qerdet lil kull min ittanta jopponieha. Dakollu bil-barka ta' Lawrence Gonzi li bhala wahda mill-propagandisti ewlenin tieghu kellu l-blogger Daphne Caruana Galizia li bl-odju u l-hdura taghha kkontaggjat u niggset il-klima politika Maltija.

Kull mezz kien lectu fit-tentattivi tal-klikka biex teqred lil min jopponieha. Sahansitra assistenjna ghal atrocitajiet simili ghal meta l-arma li qatlet li Raymond Caruana regghet intuzat biex toqtol mill-gdid. F'sens figurattiv sintendi u jien naf x'qieghed nghid u anki Lawrence Gonzi jaf ezatt x'qieghed nghid.

Dnubiet kbar li jistghu jinhafru biss jekk Gonzi u shabu jinghataw il-penitenza li tixraqilhom - tal-inqas hames snin fl-Oppozizzjoni.

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

Faccata