Thursday
Apr 24th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

NINGHAQDU GHALL-BIDLA

E-mail Print PDF
Share

lydia_abelaFost l-attivitajiet li ttellghu matul din il-gimgha bhala parti mill-kampanja elettorali, spikkat bil-kbir il-Mass Rally organizzata mill-Forum Zghazagh Laburisti fil-kumpless sportiv ta' Korradino.

L-ghajta ghall-bidla kienet tidwi fl-entuzjazmu taz-zghazagh li ngabru biex iwasslu messagg lil zghazagh bhalhom biex jinghaqdu huma wkoll f'dan il-moviment tal-bidla u tal-aspirazzjoni.

Iz-zghazagh irrealizzaw li dan huwa moviment ta' ghaqda li verament jixraqlu pajjizna. Iz-zghazagh urew li jixtiequ jkunu protagonisti u mhux sempliciment spettaturi u jridu huma wkoll jiehdu sehem f'din il-holma li ghandu dan il-moviment - dik li Malta tkun taghna lkoll. Iz-zghazagh baghtu sinjal car li huma wkoll iridu jiktbu l-istorja ta' dan il-pajjiz. L-istess sinjal rajnieh kull meta l-Mexxej Laburista ghamel zjarat fl-istituzzjonijiet edukattivi f'pajjizna fejn intlaqa' b'entuzjazmu kbir mill-istudenti.

L-ghajta taz-zghazagh fiha sinifikat qawwi ghaliex l-ghajta taghhom hija mera ta' dak li qed ihoss il-poplu bhalissa. Iz-zghazagh huma sinonimi mal-bidla. Dejjem kienu assocjati mal-kuragg li wiehed ma jibzax mill-bidla. U liz-zghazagh ta' pajjizna jiena nistedinhom biex ikunu parti integrali fil-bidla li dan il-moviment irid igib f'pajjizna, thallux lil min ibezzakom mill-bidla, anzi ghamlu kuragg u kunu parti integrali f'din il-bidla li llum tabilhaqq nghid li m'ghadhiex ghazla, imma hi essenzjali ghal pajjizna ghaliex verament ninsabu f'xifer l-irdum.

Liz-zghazagh jiena nghidilhom li jridu jaghzlu - jaghzlu bejn li pajjizhom ikun bejta ta' kriminalità u korruzzjoni, immexxi minn partit li hu niexef mill-ideat, minghajr entuzjazmu u bla energija, jew li pajjizhom ikun immexxi minn partit imsejjes fuq is-serjetà u l-ghaqal.

Gvern gdid se jkun qed jahdem aktar minn qatt qabel biex jaccerta li aktar zghazagh ikomplu jistudjaw wara l-età ta' 16-il sena. Gvern gdid se jkun qed jiehu l-mizuri kollha necessarji biex iheggeg u jincentiva aktar u aktar zghazagh ikomplu bl-istudji taghhom.

U ghax verament nemmnu fiz-zghazagh taghna, Gvern gdid se jkun qieghed jaghti d-dritt lil zghazagh ta' 16-il sena jivvutaw fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u tal-Kumitati Amministrattivi (Hamlets). Dan se nkunu qed naghmluh biex ninkoraggixxu aktar partecipazzjoni miz-zghazagh fil-livell lokali u fil-qasam politiku.

U ghax verament irridu naraw liz-zghazagh taghna jirnexxu u jilhqu l-aspirazzjonijiet taghhom, Gvern gdid se jkun qieghed jaghti l-istipendju lil dawk l-istudenti tal-Junior College, Higher Secondary u MCAST li jkunu jixtiequ jergghu jirrepetu sena bil-ghan li jidhlu l-Università. L-istipendju huwa investiment dirett fil-kapacitajiet taz-zghazagh taghna u ghalhekk se nkunu qed naghtu garanzija li l-istipendji jinsammu u jissahhu billi jizdiedu bil-kumpens tal-gholi tal-hajja pro-rata sabiex nassiguraw li jkunu jirriflettu ahjar il-htigijiet finanzjarji tal-istudji taz-zghazagh taghna.

U fuq kollox liz-zghazagh taghna qed naghtuhom il-garanzija li wara l-età ta' 16-il sena, jekk ma jkunux fit-taghlim, jew ikollhom xoghol, jinghataw tahrig bil-ghan ewlieni li nzidu n-numru ta' zghazagh li jkomplu jistudjaw wara l-età obbligatorja u li ntejbu l-kapacitajiet taz-zghazagh permezz ta' tahrig relevanti.

Din hija l-weghda li qed naghmlu liz-zghazagh taghna. Jekk int zaghzugh li taspira li tilhaq aktar ‘il fuq u timxi iktar ‘il quddiem dan huwa l-Moviment li se jkun qed joffrilek l-opportunitajiet kollha li tkompli tistudja u tirnexxi. Fuq kollox se nkunu qed nassiguraw li kull zaghzugh u zaghzugha ihossu parti u jikkontribwixxi fis-success ta' pajjizna.

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata