Saturday
Oct 25th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tkabbir ekonomiku ghal socjetà aktar gusta

E-mail Print PDF
Share

konrad_6Tul dawn l-ahhar snin zdied in-numru ta' haddiema li qed jaqilghu paga baxxa. Fl-istess hin kellna zidiet kbar fit-tariffi tad-dawl, trasport u gholi tal-hajja. Skont statistika l-pagi reali wara l-gholi tal-hajja f'dawn l-ahhar snin naqsu. Mhux ta b'xejn li l- Kummisjoni Ewropeja wissiet li l-pagi mhux qed illahhqu mall-gholi tal-hajja.

Minhabba din is-sitwazzjoni li persuni f'riskju tal-faqar zdiedu ghal aktar minn 80,000. Dan jehtieg bidla fid-direzzjoni biex f'pajjizna kulhadd ikollu l-opportunità li javvanza u jkun parti mill-middle class.

Il-Partit Laburista fassal roadmap ekonomika biex nilhqu dan il-ghan. Din ir-roadmap jibni fuq dak li huwa tajjeb f'certu setturi bhal dak finanzjarju u l-i gaming. Izda r- roadmap tindirizza dak li mhux qed jahdem. Ghaldaqstant naghtu mbuttatura kbira lis-setturi tal-manifattura, t-turizmu kif ukoll il-qasam marittimu fost hafna ohrajn.

L-akbar sfida ghal pajjizna li hija indirizzata mir-roadmap tal-PL hija li nkunu kompetittivi. Ghaldaqstant komessi li nrahhsu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Dan ser ifisser li ser nghaddu 77 miljun ewro lill-ekonomija permezz tat-trahhis tal-kontijiet. Din hija figura kbira li taghti injezzjoni qawwija lill-ekonomija domestika. Permezz taghha l-familji se jkollhom aktar flus fil-but biex jonfqu.

Min-naha l-ohra n-negozji z-zghar, il-fabbriki u l-lukandi ser jibqghalhom aktar flus biex jinvestu u biex joholqu aktar impjiegi.

Ser nindirizzaw ukoll il-pjaga tal-burokrazija esagerata. Skont il-Bank Dinji, Malta huwa pajjiz burokratiku. Dan qed ixekkel l-investiment. Gvern Ìdid ser jappunta KummisSarju biex innaqas il-burokrazija b'25%. Dan ser johloq ammont sostanzjali ta' progetti godda li ser joholqu tkabbir ekonomiku.

Flimkien ma' dawn il-mizuri, Gvern Ìdid se jniedi l-Garanzija ghaz-Ûghazagh ta' Taghlim, Tahrig u Xoghol. Dawk iz-zghazagh li ghalqu s-sittax -il sena u mhux qeghdin l-iskola jew ma jahdmux, ser ikollhom l-opportunità li jsiru apprentisti, jew ikollhom opportunitajiet ohra bhal "job shadowing" u "job placements" f'industriji u snajja li jixtiequ.

Dan ser joffri opportunità gdida ghal hafna tfal li forsi ma kellomx l-opportunità li jizvillupaw il-hiliet taghhom fl-iskola konvenzjonali. Izda f'ambjent prattiku dawn iz-zghazagh se jkunu jistghu jeccellaw.

Dan huwa mehtieg ghall-industrija li mhux qed issib bizzejjed zghazagh imharrgin. Ghal dawn iz-zghazagh din ser tkun opportunità ta' xoghol b'dinjità u paga ahjar. Dan se jfisser ukoll ambjent ahjar biex aktar koppji jibnu l-familja taghhom.

Kommessi wkoll li nzidu l-partecipazzjoni fis-suq tax-xoghol. Biex naghmlu dan ser jigu offruti childcare centres bla hlas. Dan jassigura li aktar nisa johorgu jahdmu u dan se jkun ukoll ta' beneficcju finanzjarju ghal hafna familji. Dan jassigura wkoll li ma jkunx hemm bzonn li tghola l-età tal-pensjoni.

Dawn il-mizuri kollha ghandhom ghan wiehed li hu t-tkabbir ekonomiku li jilhaq lil kulhadd. In-negozji ser jkunu aktar kompetittivi u jkunu jistghu jinvestu fil-haddiema. Min-naha l-ohra l-familji Maltin u Ghawdxin ser jkollhom aktar flus fil-but. Din hija l-formula mehtiega.

Dan it-tkabbir jassigura wkoll finanzi tal-Gvern b'sahhithom. B' hekk nassiguraw li x- xibka socjali tissahhah biex nghinu li min tassew ghandu bzonn.

Inheggeg lil kulhad biex flimkien nibnu Malta ahjar li tippremja l-bzulija u l- aspirazzjoni. Dan iwassal ghal impjiegi b'pagi oghla u b'kundizzjonijiet ahjar.

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Sat Sun Mon Tue Wed