Thursday
Apr 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kitba hargitha mill-qoxra li kienet ilha tghix fiha

E-mail Print PDF
Share

manila_1_photo_by_gino_galeaMinn dejjem kont nammira zghazagh b'talenti varji, u li jidhlu b'ruhhom u gisimhom ghal xi progett, fejn anke lesti li jaghmlu xi sagrificcji.

Dan l-ahhar iltqajt ma' tfajla Maltija li personalment niddeskriviha bhala zaghzugha mimlija talenti u li taghmel minn kollox biex twettaq dak li tohlom bih.

Qed nirreferi ghal Manila Bottone.

Manila ghad ghandha 22 sena biss, tghix man-nanna taghha Bormla, u bhala passatempi thobb tara l-films halli tiehu xi ideat minnhom.

Thobb ukoll taqra, ghalkemm m'ghadx ikollha xi hafna cans u anke thobb il-bahar. Manila hija prezentattrici kemm fuq ir-radju u anke fuq it-televizjoni, attrici u dan l-ahhar ipproduciet l-ewwel drama taghha ghat-televizjoni lokali.

Tiddeskrivi lilha nnifisha bhala karattru b'ras iebsa u li tinkwieta sal-inqas farka. Barra minn hekk tghid li hija sensittiva u tidhaq, l-istess daqs kemm gieli tibki wkoll. Ûiedet tghidli wkoll li mohhha jigri biha, ghax thobb tahseb b'certu fantasija.

Manila ssostni li hija ta' karattru misthi, imma fl-istess hin meta tkun qieghda tipprezenta ma tisthix, anzi thossha libera u kunfidenti. Minn dak li stajt ninnota waqt din l-intervista, Manila ghall-kuntrarju hija kunfidenti.

Óallejt f'idejha sabiex tispjegali dan il-kuntrast. "Proprjament inkun misthija sakemm naqbad diskursata. Jekk tarani qabel inkun qisni bebbuxu fil-qoxra. Min-naha l-ohra meta nkun fuq ir-radju jew televizjoni, bhal donnu jkolli certu vibe specjali", sostniet Manila.

Qabel ma' ltqajt ma' Manila, skoprejt li thobb il-kuluri vivaci. B'hekk staqsejtha jekk forsi tinqediex b'dawn il-kuluri ghall-karattru misthi taghha.

"Proprjament minn dejjem kont inhobb dawn il-kuluri. Biex tkompli tghaxxaq kull filghodu meta jkolli nmur ir-radju, l-ewwel hwejjeg li jigu ghal idejja nilbishom, u mhux l-ewwel darba li jkolli tahlita ta' xi hames kuluri fuqi," tbissmet tghidli.

 

Ifixkluha b'isimha proprja

 

Mitlub ittini aktar informazzjoni dwar isimha u kunjomha, li ghal Malta jinstemghu originali, Manila sostniet li hija Maltija pura. Missierha kien jahdem ma' tal-films, u d-direttur tal-film partikolari li kien qed jahdem kellu neputija jisimha Manila. Ghogbu u lil bintu taha l-istess isem.

"Óafna jitfixxlu jekk hux xi stage name tieghi. Fi zmien l-iskola kont inhossni stramba b'ismi, ghax ma kontx nisma' lil haddiehor li ghandu isem bhal tieghi".

 

Iffissata fuq il-biros

 

Dwar Manila, skoprejt ukoll li ffissata fuq il-biros. B'hekk stennejt li ghandha xi kollezzjoni partikolari taghhom. Óallejt f'idejha sabiex telabora aktar dwar din il-fissazzjoni taghha. "L-anqas naf kif bdejt niffissa fuqhom. Nghidlek biss li anke biro vojta ghadha ghandi. Niftakar kont qlajtha minghand in-nanna meta kont izghar. Fil-basket li nohrog bih, ezempju facli ssibli xi ghaxar biros jigru fih.

Anke jekk inmur nixtri xi haga minghand stationery, nara biro partikolari u nixtriha.

Tant ghandi fisazzjoni fuq il-biros li jekk nara wahda mhux ser nahsibha darbtejn u nehodha", sostniet Manila, filwaqt li gbidtilha l-attenzjoni li ahjar nahbi tieghi ghax inkella jkollha tieqaf l-intervista hesrem!!

Bhala prezentattrici kemm fuq ir-radju, u anke fuq it-televizjoni, Manila ssostni li d-drama ma tibdilha ma' xejn. Fil-fatt minn ta' età ckejkna kienet involuta fid-drama, u dan l-ahhar qed tahdem fuq dramm taghha personali fejn kitbitu, producietu u anke hija l-attrici principali taghha stess. Kompliet tghidli li, "L-ewwel targa taghha fix-xena tal-media lokali kienet permezz tar-radju.

Kien pass facli ghaliha ghax ma kinitx tkun qed tidher, u ma kienx ikun hemm hafna nies involuti wkoll. Biex finalment nasal ghad-drama hekk ridt nibda minn l-ewwel targa, u hekk gara. Barra minn hekk bir-radju nhossni nirrilassa," sostniet Manila.

Qaltli wkoll li sabet hafna ostakli meta giet biex tibda tahdem fuq din l-ewwel drama taghha. B'hekk staqsejtha jekk tahsibx li f'Malta biss jinsabu dawn it-tip ta' ostakli.

"Kullimkien issib, però l-fatt li Malta hija zghira u ghal kull zewg ghadmiet hawn mija jieklu minnhom. Kienu jghiduli li qed nahli l-hin u l-flus u tmaqdir ghall-kitba tieghi. Jien nemmen li persuna trid tkun soda u ma tridx thalli lill-hazin jinfluenzak", sahqet b'tant determinazzjoni Manila.

Kompliet tghidli li biex kitbet dan l-ewwel dramm taghha li ser ikun qed jixxandar fuq it-televizjoni lokali, kienet damet tiktbu ghal dawn l-ahhar tmien snin lejl u nhar tibqa' gewwa ma tohrogx. "Shabi stess kienu jghiduli li qed nahli l-hin, imma min-naha tieghi jiena nghid li trid tipprova fil-hajja. B'hekk probabbli ghandi rasi iebsa u determinata", sostniet Manila.

 

Ma kienet titkellem ma' hadd

 

Matul din l-intervista, skoprejt li meta kienet izghar, ezattament meta kellha xi tnax-il sena, Manila ma kienet titkellem ma' hadd, tant li ssostni li l-kitba ghenitha tesprimi ruhha.

Ridtha telabora aktar u tikkonfermali x'tip ta' kitba kienet tikteb jekk hux xi hsibijiet fuq id-djarju personali taghha.

"Kont ghaddejja minn perijodu haz-in, u ma kont nuri lil hadd biex specjalment ma ninkwieta lil hadd. Ghadni sal-gurnata tal-lum b'din il-mentalità. Mhux ta' b'xejn jien attrici, ghax naf nahbi", bdiet tidhaq tghidli Manila.

Ûiedet tghidli li dak li tista' ssolvi hi wahedha taghmel hekk, ma toqghodx titfa' piz zejjed fuq haddiehor. "Kont nibza' nafda, u b'hekk kont sibt bhal soluzzjoni ghalija nnifsi fejn kont ivvintajt li nibda nikteb drama. Id-dwejjaq tieghi kont nizvugahom fuq din id-drama. Naturalment jiena kont il-protagonista ta' din id-drama.

B'hekk nista' nghid li din kienet l-ewwel drama tieghi li waslitni fejn jiena llum, ghalkemm din mhiex l-istess drama li ser inkun qed naqsam mal-pubbliku", sostniet Manila.

Ridt inkun naf jekk Manila thossiex fortunata, fis-sens li peress li ghad ghandha biss 22 sena u rnexxielha tidhol fix-xena tal-media lokali.

"Iva, hafna. Nemmen li jekk tipprezenta prodott tajjeb, ser ikollok futur tajjeb f'din il-linja. Ovvjament trid tahdem, b'hafna sagrificcji. Il-hajja li ghazilt jiena m'hemmx divertiment fiha", sostniet Manila.

Fuq l-istess nota, staqsejtha li peress li hija persuna mpenjata, tahsibx li qed titlef zmien minn zghozitha, u jekk fuq kollox jiddispjacihiex.

"Óa nibdew minn hawn, jien ma nikkunsidranix bhala party girl. Ma jfissirx li m'ghadniex naghmel dak li kont inhobb naghmel qabel. Id-drama, r-radju u t-televizjoni ma nikkunsidrhomx bhala xoghol, izda bhala dawk l-affarijiet li nhobb naghmel. Din il-hajja nhares lejha bhala parti minn zghoziti, u parti minn avventura bi qtugh ta' qalb ukoll", sostniet Manila.

Fl-ahharnett Manila sahqet li jekk persuna jkollha xi holma ma tibzax twettaqha. "Persuna ghandha tibqa' tiggieled ghal dak li tkun tixtieq f'hajjitha", temmet tghidli fl-ahhar ta' din l-intervista.

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata