Friday
Oct 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kampanja elettorali fil-gzira z-zghira

E-mail Print PDF
Share

ritratt_grezzju0001Ghawdex, flimkien mad-distrett ta' Tas-Sliema, jista' jigi kkunsidrat bhala fortizza tal-Partit Nazzjonalista. Mhux hekk biss però, ghax b'differenza minn Tas-Sliema li hija belt kosmopolitana u fejn tajjeb jew hazin jistghu jinhmew fl-imhuh tal-abitanti taghha xi ftit ideali liberali, Ghawdex huwa konservattiv, parrokkjali u doppjament insulari.

Kien hawn min ghal skopijiet turistici rriklamah bhala l-gzira fejn it-trapass taz-zmien waqaf. Fi zmien meta Malta vvutat favur id-divorzju, tlett kwarti tal-Ghawdxin ivvutaw kontra.

Ghalhekk ma kienx hemm ghalfejn wiehed jiskanta li Lawrence Gonzi, waqt il-kampanja elettorali li ghaddiet, jirreferi ghal Ghawdex bhala proprjetà tal-Partit tieghu.

Wara kollox, minn din il-gzira, il-PN fl-elezzjonijiet generali ilu jikseb maggoranza ta' voti u ta' siggijiet fil-parlament ghal hamsa u hamsin sena shah. Hemm izda sinjali ta' inkoraggiment, billi l-Partit Laburista b'mod konsistenti zied il-voti tieghu fl-elezzjoni ghall-membri parlamentari Ewropej kif ukoll f'elezzjonijiet ghall-kunsilli lokali.

Tant li fl-elezzjoni ghall-membri parlamentari Ewropej ta' kwazi hames snin ilu irnexxielu jikseb, ghall-ewwel darba f'hamsa u hamsin sena shah, maggoranza ta' voti f'Ghawdex. Din izda ma ninsewx ma kinitx elezzjoni generali.

Tista' tahseb allura kemm hu iebes li taghmel kampanja elettorali f'distrett elettorali bhal Ghawdex jekk inti tkun fuq in-naha l-hazina tal-munita u ma tkunx Nazzjonalist!

Minkejja dan kollu, f'Ghaw-dex il-Partit Laburista ghandu magna elettorali b'sahhitha, li filwaqt li tahdem bhala parti ntegrali mill-magna generali fil-Kwartieri tal-Partit fil-Óamrun, tiehu hafna inizjattivi awtonomi u kapaci timmobilizza tajjeb hafna lill-partitarji u lill-attivisti.

Il-Partit Laburista ghamel l-ewwel mass meeting tieghu fil-kampanja elettorali li ghaddiet proprju f'din il-fortizza tradizzjonali tal-kamp oppost biex juri li huwa kien lest ikompli jaghmel inroads elettorali sahansitra anke f'dan id-distrett.

Dan il-mass meeting inzamm fi Pjazza Santu Wistin li hija l-ikbar pjazza li hemm fir-Rabat ta' Ghawdex. Óafna bezghu li din il-pjazza ma kinitx sejra tintela' izda fil-fatt intliet daqs bajda u l-folla faret sahansitra fit-toroq li jaghtu ghal din il-pjazza.

Ghal dan il-meeting telghu ghadd kbir ta' Maltin, izda bosta kienu l-Ghawdxin li ppartecipaw fih. F'dan il-meeting osservajt li mhux biss kien hemm l-attivisti Ghawdxin tas-soltu, imma kien hemm ukoll hafna ucuh godda li qatt ma kont rajthom fl-ebda attività tal-Partit Laburista qabel.

Terga' u tghid hafna minn-hom kienu persuni li kienu maghrufin bhala Nazzjonalisti gwappi. Dan il-meeting kien wiehed brijjuz u organizzat u ghalhekk ukoll halla impronta qawwija. Tant li Simon Busuttil hass li kellu johrog imaqdar lil din l-attività bhala wahda mimlija xinxilli u li kienet laqgha ghall-Maltin f'Ghawdex.

Wara dan il-meeting, tal-PN taghthom rashom u dlonk hassru meeting li kienu se jaghmlu Malta u organizzaw attività f'Ghawdex. Din però kienet fuq skala ferm izghar minn dik tal-lejber.

Wara dan il-mass meeting il-Partit Laburista beda jaghmel kull gimgha laqghat hekk imsejjha "taht it-tinda" u dawn kienu kollha success kbira tant li t-tinda ma kinitx tesa' n-nies kollha u hafna kien ikollhom jippartecipaw mill-ahjar li jistghu minn barra din it-tinda.

Qatt qabel ma kien hemm partit li fil-kampanja elettorali ghamel daqshekk enfasi fuq Ghawdex. Naturalment dan halla lin-Nazzjonalisti bla nifs u ppruvaw jillapazzaw billi jikkupjaw lil tal-lejber billi huma wkoll jorganizzaw attivitajiet politici f'Ghawdex.

Ìiet organizzata wkoll attività bhala parti mill-programm popolari ta' John Bundy.

Imbaghad lejn l-ahhar tal-kampanja elettorali, il-Partit Laburista organizza mass meeting iehor, din id-darba fil-pjazza ewlenija tax-Xaghra.

Ghal dan il-mass meeting ma telghux Maltin billi lejliet kien sar mass meeting kbir f'Malta u donnu hadd ma kellu aptit jitla' Ghawdex. Ghalhekk kien hemm ftit tat-thassib li l-pjazza kienet sejra tkun vojta.

Fil-fatt kien hemm sorpriza sabiha li qatt ma stennejniha: il-pjazza xorta wahda ntliet - bl-Ghawdxin! L-Ghawdxin li tradizzjonalment u kulturalment joqghodu lura milli joqghodu "jitperrcu" fil-meetings. L-ghada n-Nazzjonalisti ghamlu mass meeting fir-Rabat, Ghawdex, fi Triq ir-Repubblika.

Ghalqu din it-triq ewlenija sa minn gurnata qabel biex qaghdu jarmaw palk f'salib it-toroq. Tellghu tnax-il xarabank partitarji minn Malta. U rnexx-ielhom jimlew din il-bicca triq biss sa ftit metri boghod mill-palk li armaw, sat-teatru Astra.

Funzjonarji gholjin tal-PN f'Ghawdex tghidx kemm tmashnu mal-attivisti taghhom billi ghal dan il-meeting ftit li xejn attendew Ghawdxin.

Jien qghadt fil-pjazza tat-Tokk nosserva x'kien ghaddej. Simon Busuttil irrepeta ghal hames darbiet li jekk l-Ghawdxin ma jivvutawx PN, kienu sejrin jidhlu "gass-down gol-hajt!"

Donnha ghogbitu din il-frazi, haseb li kienet impressjonanti - et tum mirifice sperabat se esse locutum! Miskin, l-immaginazzjoni artistika u lingwistika ta' dan ir-ragel hija ferm limitata tant li mhux kapaci johrog b'iktar minn catch-phrase wahda, li rrepeta kemm f'dan il-meeting kif ukoll fil-bqija tal-kampanja elettorali.

Joseph Muscat raqad Ghaw-dex f'hadd minnhom u l-ghada rikeb fuq wiehed mill-vjaggi tal-vapur kmieni filghodu biex b'hekk seta' jiltaqa' mal-eluf ta' haddiema Ghawdxin li jsalpaw lejn Malta ghax-xoghol u ghall-istudju.

Dan kien gest elokwenti u wera bic-car kemm Joseph Muscat ghandu l-polz tal-Ghawdxin, tant li ried jaqsam l-esperjenza tal-exodus tal-Ghawdxin nhar ta' Tnejn filghodu.

Fl-ahhar u mhux l-inqas impressjonani l-fuljett li rcevejt intitolat "Xoghol f'Ghawdex ghall-Ghawdxin". Ósibtu tal-lejber, ghax kien il-lejber li hareg bil-qawwi b'din l-ghajta. Ballec, kien tal-PN.

Tghid min ikkopja lil min f'din il-kampanja?

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

Kummenti Ricenti


Warning: Invalid argument supplied for foreach() in /home/kullhadd/public_html/modules/mod_jomlatest/helper.php on line 40

It-Temp

Fri Sat Sun Mon Tue

 

Karikatura

 

Faccata