Thursday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kif isir l-Ghadd tal-Voti

E-mail Print PDF
Share

dsc_2193Hafna huma dawk li matul il-lejl li ghadda u matul dan il-jum tal-Hadd se jsegwi dak li jinsab ghaddej fis-Sala tal-Ghadd tal-Voti gewwa n-Naxxar.

Id-dhul tal-kaxxi tal-voti, ir-rikonciljazzjoni, il-ksur tas-sigilli, it-tqeghid tal-voti wicchom ‘l isfel f'pakketti ta' 50, it-tqeghid tal-voti fil-garzelli rispettivi tal-kandidati, tohrog il-kwota u eventwalment jibdew jigu eletti l-kandidati mal-ewwel count, bit-trasferimenti fil-counts sussegwenti, u bl-ahhar kandidati li jkunu eletti gieli anki minghajr kwota. Sintendi jezistu regoli teknici precizi dwar l-ghadd tal-voti.

Ghal min hu nteressat isegwi xi jkun qieghed jigri ezattament fis-Sala tal-Ghadd tal-Voti fin-Naxxar illum u anki fil-granet li gejjin, il-proceduri u r-regoli applikabbli huma dawn li gejjin.

Rikonciljazzjoni tar-Rendikont ta' Poloz tal-Votazzjoni

Minnufih wara li l-kaxxi tal-voti jibdew jigu depozitati fil-kamra stabbilita mill-Kummissjoni ghall-hazna tal-kaxxi tal-voti, il-Kummissjoni tghaddi minnufih biex tirrikoncilja r-Rendikont ta' Poloz tal-Votazzjoni ta' kull kaxxa konsenjata mill-Assistenti Kummissjonarji mal-ghadd attwali ta' poloz tal-votazzjoni li jkunu jinsabu f'dik il-kaxxa. Il-kaxxi tal-voti jittiehdu fuq l-imwejjed fejn isir l-ghadd ta' kull distrett elettorali relattiv bil-ghan li ssir din ir-rikonciljazzjoni.

Ftuh ta' kull kaxxa tal-votazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tordna li jinfethu flimkien f'kull distrett elettorali dak l-ghadd ta' kaxxi tal-votazzjoni li trid, sakemm jittiehdu prekawzjonijiet adegwati sabiex jigi zgurat li l-poloz tal-votazzjoni li jinhargu minn kaxex tal-votazzjoni differenti jibqghu mifrudin.

Verifika tar- rendikont ta' poloz
tal-votazzjoni

Il-kaxxa tal-votazzjoni imbaghad tinfetah u l-ghadd ta' poloz tal-votazzjoni misjubin fiha ghandhom jinghaddu, wicchom l-isfel, sabiex jigi accertat li l-ghadd tal-poloz tal-votazzjoni f'dik il-kaxxa tal-votazzjoni jkun jikkorrispondi mar-rendikont ta' poloz tal-votazzjoni.

Qbil fl-ghadd tal-poloz tal-votazzjoni mar-rendikont

Meta l-poloz tal-votazzjoni fil-kaxxa tal-votazzjoni ikun jaqbel mar-rendikont ta' poloz tal-votazzjoni, il-poloz tal-votazzjoni ghandhom jitqeghdu flimkien u klassifikati f'garzella li tkun turi n-numru tal-kaxxa tal-votazzjoni.

Il-garzella u l-poloz tal-votazzjoni ghandhom ikunu jidhru f'kull waqt mill-partiti, kandidati u agenti. Il-poloz tal-votazzjoni f'kull garzella ghandhom jitqeghdu f'pakketti ta' hamsin polza kull wiehed u kull polza li tifdal titqieghed fil-qiegh tal-mazz u l-persuna li tissorvelja ghandha tizgura li kull pakkett jinghadd sabiex tigi verifikata l-ezattezza tieghu minn iktar minn persuna wahda li jghoddu.

Ghandhom jinfethu il-kaxex tal-votazzjoni kollha

Dan il-process jibqa' jsir sakemm il-kaxex tal-votazzjoni kollha jkunu nfethu sabiex jigi accertat li l-poloz tal-votazzjoni f'kull kaxxa tal-votazzjoni jkunu jaqblu mar-rendikont ta' poloz tal-votazzjoni relattiv ghal dik il-kaxxa.

Ghadd ta' voti mitfughin

Wara li l-kaxxi tal-votazzjoni kollha tad-distretti elettorali kollha jkunu nfethu u gew rikonciljati mar-rendikont ta' poloz tal-votazzjoni relattiv, il-Kummissjoni Elettorali ghandha, qabel ma tghaddi biex tikklassifika l-voti, tiddikjara xi jkun l-ghadd kollu ta' voti mitfughin u t-tqassim taghhom skont kull kaxxa tal-votazzjoni u kull distrett elettorali.

Is-sorting tal-voti

Ikun imiss imbaghad li l-voti jinkixfu wicchom ‘il fuq u jigu mixhutin fil-garzelli tal-kandidati rispettivi skont l-ewwel preferenza. Wara li jispicca s-sorting, il-voti skont l-ewwel preferenza taghhom kif tkun giet registrata ghal kull kandidat jitqieghdu f'pakketti ta' 50, filwaqt li jigu skartati dawk il-voti li jkunu invalidi.

 

Voti dubjuzi

Kull meta l-persuna li tissorvelja li tkun inkarigata mis-sorting tal-voti ta' distrett elettorali taqtaghha li fil-garzella markata "Dubbjuzi" jkun hemm ghadd bizzejjed ta' poloz tal-votazzjoni, hija ghandha ssejjah lil wiehed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex jigbor dawk il-poloz.

Il-voti dubbjuzi jistghu jitnehhew biss mill-kontenitur mill-Kummissjonarju Elettorali li jehodhom fuq il-mejda tal-Kummissjoni Elettorali personalment.

Il-Kummissjoni Elettorali, jew dak l-ghadd ta' membri taghha li ma jkunx inqas minn tlieta, ghandhom, wara li jisimghu l-ilmenti tal-partiti dwar kull polza, jaqtghuha jekk polza tkunx valida jew invalida, u jekk jaqtghuha li tkun invalida huma ghandhom jittimbraw dik il-polza bhala tali fuq il-wicc taghha.

Id-decizjoni tal-Kummissjoni Elettorali f'dan ir-rigward ghandha tkun wahda konklussiva u mhux suggetta ghal ebda appell. Galadarba l-poloz tal-votazzjoni dubbjuzi kollha jkunu gew dikjarati validi jew invalidi mill-Kummissjoni Elettorali, dawn ghandhom jitreggghu lura lejn id-distrett elettorali taghhom proprju minn Kummissjonarju Elettorali li jghaddihom lil persuna li tissorvelja dak id-distrett.


Ghadd tal-voti

Il-Kummissjoni imbaghad tghodd in-numru tal-voti ta' kull kandidat, u tiddikjara n-numru ta' voti li jgib kull kandidat li jkun jaqbel man-numru tal-voti validi li fuqhom inghatat l-ewwel preferenza lil dak il-kandidat, u ghandha tizgura ruhha min-numru kollu tal-poloz validi f'dak id-distrett.

Fl-ghadd tan-numru ta' voti imq-eghdin fil-garzella ta' kull kandidat, il-persuna li tissorvelja ghandha tordna li dawk il-voti jingabru f'mazzi ta' hamsin polza kull wiehed u li kull mazz mill-inqas jinghadd minn zewg persuni li jghoddu.

Fi tmiem l-ghadd f'distrett elettorali partikolari l-Kummissjoni ghandha tiddikjara xi jkun l-ghadd totali ta' voti validi f'dak id-distrett u xi jkun l-ghadd totali ta' voti validi akkreditati lil kull kandidat f'dak id-distrett elettorali.


Kif tinhadem il-kwota

Il-Kummissjoni ghandha mbaghad tiddividi n-numru kollu tal-voti validi f'kull distrett b'numru ta' wiehed 'l fuq minn dak tas-siggijiet li ghandhom jimtlew (5+1). In-numru li johrog, mizjud b'wiehed, (minghajr ma tigi ikkalkulata l-frazzjoni li tibqa') ikun in-numru ta' voti li jinhtiegu biex kandidat jigi elett - il-"kwota"


Il-kandidat li jgib il-kwota jigi elett

Jekk, wara li jinghaddu l-voti li kandidat igib, jinsab illi dan in-numru ta' voti jlahhaq il-kwota jew jaqbez il-kwota, dan il-kandidat ikun b'daqshekk elett.


Trasferiment taz-zejjed ta' voti (tas-surplus)

Jekk, wara li jinghaddu l-voti, jinsab illi n-numru ta' voti moghtijin lil kandidat hu akbar mill-kwota, iz-zejjed imur, fuq il-kandidati l-ohra li lilhom inghataw il-preferenzi ta' wara li jkun hemm immarkati fuq il-poloz tal-mazz tal-kandidat li gie elett f'dak il- ghadd.


Liema voti zejda ghandhom jitqassmu l-ewwel

Iz-zejjed ta' voti li jkun hemm f'kull ghadd ta' voti ghandu jitqassam qabel dak iz-zejjed li jkun hemm fil-ghadd ta' wara.
Jekk fl-istess ghadd ikun hemm iktar minn kandidat wiehed li jgib numru ta' voti zejda, l-ewwel ma ghandu jitqassam hu dak iz-zejjed ta' voti li hu l-akbar.


Meta l-voti zejda jkunu ndaqs

Jekk zewg kandidati jew izjed ikollhom kull wiehed, fl-istess ghadd, numru ta' voti zejda ndaqs, ghandu l-ewwel jitqassam iz-zejjed ta' dak il-kandidat li jkun gieb l-akbar numru ta' voti fl-ewwel ghadd li fih dawn il-kandidati ma kellhomx numru ta' voti ndaqs.

Kemm-il darba in-numru ta' voti migjubin minn dawn il-kandidati ikun indaqs f'kull ghadd li jkun sar, il-Kummissjoni taqta' bix-xorti liema mill-voti zejda ghandhom jitqassmu l-ewwel.


Meta l-kandidat hu elett bil-voti tal-ewwel preferenza biss

Jekk il-voti moghtija lil kandidat li gie elett ikunu voti tal-ewwel preferenza biss, il-Kummissjoni ghandha tezamina l-voti kollha tal-kandidat li gie elett illi iz-zejjed tieghu ghandu jmur fuq il-kandidati l-ohra.


Meta l-kandidat hu elett bil-voti tal-ewwel preferenza u b'dawk li marru fuqu bit-trasferimenti

Jekk il-voti moghtijin lil kandidat li gie elett ikunu voti tal-ewwel preferenza u voti li marru fuqu bit-trasferienti, jew huma biss voti li marru fuqu, il-Kummissjoni ghandha tezamina l-voti tal-ahhar mazz, li nghataw lill-kandidat elett u li z-zejjed tieghu ghandu jmur fuq il-kandidati l-ohra.


Ghazla u taqsim ta' poloz skond il-preferenza li jkun hemm wara

F'kull wiehed minn dawn iz-zewg kazijiet, il-Kummissjoni ghandha taghzel u tqassam il-poloz trasferibbli f'mazzi godda skond il-preferenza li jkun hemm moghtija wara, immarkata fuq dawn il-poloz; jaghmlu mazz ghalih ta' dawk il-poloz li mhumiex trasferibbli u jaraw kemm hemm poloz f'kull mazz gdid ta' poloz trasferibbli u kemm hemm poloz fil-mazz gdid ta' poloz li mhumiex trasferibbli.


Jekk in-numru ta' voti trasferibbli ikun indaqs jew inqas mill-voti zejda

Jekk in-numru kollu ta' voti fil-mazzi godda ta' voti trasferibbli mhux akbar minn dak tal-voti zejda, il-Kummissjoni ghandha tghaddi l-mazz kollu gdid tal-voti trasferibbli lill-kandidat ta' wara li fihom ikollu immarkat in-numru tal-preferenza ta' wara moghtija mill-eletturi, u dawk il-voti, li mhumiex trasferibbli u li ma jinhtigux ghall-kwota tal-kandidat maghzul, ghandhom jitwarrbu f'mazz ghalihom. Dawn il-voti li jitwarrbu ghalihom ikunu dawk il-voti li fl-ahhar jitqieghdu fil-mazz gdid ta' voti li ma jkunux trasferibbli.

Jekk in-numru ta' voti trasferibbli jkun 'l fuq miz-zejjed ta' voti isir it-trasferiment proporzjonali


Jekk in-numru kollu ta' voti trasferibbli jkun akbar mill-voti zejda, il-Kummissjoni minn kull mazz gdid ta' voti trasferibbli ghandha, lill-kandidati li jibqa' bil-jedd tal-preferenza ta' wara moghtija mill-eletturi, tghaddilu dak in-numru ta' poloz bl-istess proporzjon man-numru ta' voti fil-mazz gdid, li kien hemm bejn in-numru ta' voti zejda u n-numru kollu tal-voti trasferibbli.


Kif tasal ghan-numru ta' voti li ghandhom jinxehtu fuq il-kandidati l-ohra

In-numru tal-voti li minn kull mazz gdid ghandhom ighaddu ghal fuq kandidati ohra wiehed jasal ghalih billi jimmoltiplika in-numru tal-voti li jkun hemm fil-mazz gdid bin-numru ta' voti zejda u tiddividi r-rizultat bin-numru kollu ta' poloz trasferibbli.


Trasferiment ta' voti minn mazzi godda

Dawk il-voti li ghandhom jinghazlu sabiex imorru fuq kandidat jew kandidati ohra minn kull mazz gdid, ikunu dawk il-voti li tqieghdu fl-ahhar fuq dan il-mazz gdid, u kull vot li jkun tqieghed b'dan il-mod ghandu jigi immarkata bin-numru tal-ghadd li fih ikun sar dan it-trasferiment.


Meta kandidat jigi eliminat mill-ghadd tal-voti

Jekk fl-ahhar tal-ghadd ebda kandidat ma jgib voti zejda u jibqa' battal post wiehed jew izjed minn post wiehed, jigi eliminat mill-ghadd tal-voti l-kandidat li jkun gieb l-inqas numru ta' voti.

Jigu ezaminati l-voti kollha ta' dan il-kandidat u jintaghzlu u jingabru l-poloz trasferibbli f'mazzi godda, skont il-preferenzi immarkati fuqhom li ghandhom jinghataw lill-kandidati ta' wara u jigi mghoddi kull mazz gdid lill-kandidat li lilu giet moghtija din il-preferenza u jingabar f'mazz wiehed ghalih dawk il-poloz li mhumiex trasferibbli.


Zewg kandidati jew aktar eliminati mill-ghadd tal-voti

Jekk il-voti kollha ta' zewg kandidati jew izjed, li jgibu l-inqas voti, huma inqas min-numru ta' voti moghtijin lil dak il-kandidat li gab voti aktar mit-tnejn li huma, il-Kummissjoni tista' fl-istess ghadd telimina mill-ghadd dawn il-kandidati u tixhet il-voti taghhom fuq il-kandidati l-ohra.

Meta jieqaf it-trasferiment tal-voti

Ma jsir ebda trasferiment iehor ta' voti jekk wara li jinghaddu il-voti, in-numru tal-kandidati eletti ikun jaqbel man-numru ta' postijiet battala li jridu jimtlew.

Jekk wara li kandidat jew izjed minn kandidat jigi eliminat mill-ghadd, in-numru tal-kandidati l-ohra li jibqghu jkunu daqs in-numru ta' postijiet battala, dawn il-kandidati ta' wara jigu minnufih eletti (anki minghajr kwota) u ma jsir ebda trasferiment iehor ta' voti.

 

 

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata