Thursday
Sep 18th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-konklavi jibdew it-Tlieta

E-mail Print PDF
Share

421863_10151353476502476_1315468188_nDjaru mill-Vatikan tal-Vatikanologista FRANK ZAMMIT

Tibda tiltaqa' l-Kongregazzjoni tal-Kardinali

L-ewwel Kongregazzjoni Generali tal-Kullegg tal-Kardinali sehhet nhar it-Tnejn u tlaqqghat fis-Sala Sinodali. Il-Kongregazzjoni damet ghaddejja bejn id-9.00am u l-12.30pm. Kien hemm ohra li bdiet fil-5.00pm.

Fuq il-mejda centrali kien hemm d-dekan, Kardinal Angelo Sodano, il-Camerlengo l-Kardinal Tarcisio Bertone, u s-Segretarju tal-Kullegg tal-Kardinali, Lorenzo Baldissieri.
Il-Kardinali poggew bil-qieghda fis-Sala tas-Sinodu fl-ordni ta' precedenza.

 

Mija u tnejn u erbhgin Kardinal kienu prezenti, kif kien imhabbar mill-kelliem tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi. Minn mitejn u seba kardinali, hamsa u sittin ghadhom ma ghamlux il-vjagg ghal Ruma.

Il-kardinali votanti huma 115 li nizlu minn 117 wara li l-Kardinal tal-Iskozja O'Brien habbar ir-rinunzja tieghu ghall-konklavi, u Julius Darmaat-madja, l-Arcisqof Emeritus ta' Gakarta, mhux se jkun hemm ghal ragunijiet ta' sahha.

"Qeghdin insiru nafu lil-xulxin u fl-istess hin niffraternizzaw bejnietna. Hemm bzonn dan il-konfront! Dwar l-isfidi li l-Knisja trid taffronta fil-futur". Dan kien il-kumment li ghamel il-Kardinal Franciz u Arcisqof ta' Lyon Philippe Xavier Ignace Barbarin waqt li kien hiereg mill-ewwel Kongregazzjoni Generali.

Din is-sessjoni "saret f'klima ta' familjarità u serenità, evidenza ta' xewqa li l-kardinali jixtiequ jippartecipaw b'mod car f'dan il-hin ta' dixxerniment dwar is-sitwazzjoni tal-Knisja u l-kriterji ghall-ghazla tal-Papa gdid", kif gie rrilevat mill-kelliemi tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi.

F'din is-sessjoni ukoll, kull kardinal prezenti, wiehed wara l-iehor, mxew lejn mejda sabiex fuqa hadu l-gurament tas-segretezza ghal kull ma jsehh fil-konklavi. Il-Kardinali mistennija wkoll li jiktbu messagg lill-Papa Emeritus.

It-Tieni Jum tal-Kongregazzjonijiet tal-Kardinali

Id-data ta' meta ser jibda l-konklavi ghadha ma gietx stabbilita. Hija "kwistjoni miftuha", izda l-impressjoni hija li l-Kardinali ghazlu "procedura mhux ghaggelija."

Il-problema tal-bidu tal-konklavi tiddependi fuq il-fatt li din id-darba m'hemmx in-"novendiali", id-disa' granet ta' luttu wara l-mewt tal-Papa bhal ma kien sehh fl-2005.

Dakinhar kulhadd kien jaf li l-konklavi ma setghux jibdew qabel is-sittax ta' April, bid-differenzi li din id-darba m'hemm kalendarju fiss tal-avvenimenti li jista' jikkostitwixxi punti ta' riferiment.

Gie stabbilit ukoll li l-ghada, l-Erbgha se jkun hemm hin ta' talb, fil-Bazilika ta' San Pietru u flimkien mal-Kardinali din il-velja ser tkun miftuha ghal dawk kollha li jixtiequ jinghaqdu maghhom.

Tinghalaq il-Kappella Sistina

Il-Kappella Sistina, li trid tkun ippreparata ghall-konklavi, giet maghluqa ghall-vizitaturi, minkejja li ghad m'hemmx id-data tad-dahla tal-kardinali fiha ghad-decizjoni finali. Ghadd ta' haddiema jridu jahdmu fuq is-sopra-elevazzjoni tal-pavimentar tas-Sistina. Din fiha sens simboliku. Meta l-kardinal jiehu d-decizjoni dwar l-ghazla tas-Successur ta' Pietru, jkun maqtugh mil-art b'kuntatt dirett mal-Ispirtu s-Santu.

It-Tielet Jum tal-Kongregazzjonijiet tal-Kardinali

Il-Kongregazzjoni fethet nhar l-Erbgha fid-9.00am fejn attendew ghaliha fost l-ohrajn 113 mill-kardinali eletturi. F'din il-kongregazzjoni ntervjenew 18 il-kardinal li fost l-ohrajn ddiskutew diversi temi fosthom, "Il-Knisja fid-Dinja tal-Lum", "L-Evangelizzazjoni l-gdida", "Id-Dekasteri tal-Kurja Rumana u r-relazzjoni taghha mal-Episkopat Dinji", kif ukoll kompla jitlahham il-profil dwar l-aspettativa tal-Kardinali li jridu jaslu ghad-decizjoni finali dwar l-elezzjoni ta' kandidat ghas-Servizz Petrin.

S'issa sa mil-bidu tal-kongregazzjonijiet, nhar it-tnejn li ghadda ntervjenew 51 kardinal bejn eletturi jew le. Il-Kardinal Dekan filwaqt li gharrafhom li ma setghux itawwlu aktar minn hames minuti, fil-prattika ma nponiex dan il-limitu fuq il-hin.

Id-data tal-konklavi ghada ma ssemmietx. Jidher li hemm zewg hsibijiet. Il-Kardinali Taljani jixtiequ jmorru ghall-konklavi mmedjatament, filwaqt li l-blokk Tedesk-Amerikan qieghed jitlob aktar hin. Jidher ukoll li l-kardinali tal-Kurja Rumana, f'eventwalita ta' konvergenza ta' voti fuq kandidatura Taljana jippreferu lil-Kardinal Ravasi minn Scola. Naraw aktar il-quddiem.

F'din il-gurnata gie svelat ukoll li c-‘Curkett tas-Sajjied' jigifieri c-curkett li kien juza l-Papa Benedittu XVI tul il-Pontifikat tieghu, gie mibrux sabiex gie fi stat li ma jistax jibqa' jintuza bhala sigill.

Ir-Raba' Jum tal-Kongregazzjonijiet tal-Kardinali

F'dan ir-raba' jum giet registrata l-wasla tal-ahhar kardinal elettur, sabiex issa fil-kongregazzjonijiet qeghdin jiehdu sehem il-kardinali eletturi kollha jigifieri mija u hmistax il-wiehed. Sadanitant f'dan ir-raba' jum giet diskussa l-qaghda finanzjarja u ekonomika tal-Knisja.

Fost is-16il-intervent li sehhew il-lum, kien hemm dawk tat-tlett kardinali li huma responsabbli mid-dekasteri finanzjarji u ekonomici tas-Santa Sede jigifieri Giuseppe Versaldi, Domenico Calcagno u Giuseppe Bertello.

Id-data ta' meta ser jibda l-konklavi ghada ma gietx diskussa, peò l-Arcisqof Emeritu ta' Los Angeles il-Kardinal Mahoney zvela permezz ta' ‘twitter' li l-entuzjazmu qieghed jipprevali fil-kongregazzjonijiet tal-kardinali u li qieghed jara xewqa komuni ghall-valutazzjoni tal-papabbli skont il-kwalitajiet tal-profili li nbew tul dawn l-erbat ijiem.

Fil-kongregazjoni ta' fil-ghodu, il-Kardinal Angelo Sodano qara ittra ta' kondoljanzi li kellha tintbaghat lill-Vici President tal-Venezuela Nicolas Maduro dwar il-mewt tal-President Hugo Chavez. Il-Papa jibghat dawn it-telegrammi ta' kondoljanzi kull meta jmut Kap ta' Stat.

F'Sede Vacante din ir-responsabbiltà taqa' f'idejn il-Kullegg tal-Kardinali. Intqal ukoll li l-Arcisqof ta' Caracas, l-Kardinal Jorge Urosa Savino, minflok ma rega' lura lejn pajjizu ser iqaddes quddiesa b'suffraggju ghal Chavez fil-Bazilika ta' San Pietru.

Minkejja li llum kellu jkun il-jum tat-thabbira tad-data tal-konklavi, dan ma kienx il-kaz. Jista' jkun li tithabbar fil-kongregazzjoni ta' ghada filghodu. Madankollu jien nghid li l-konklavi ser jibda nhar it-Tnejn filghaxija.

Sadanitant fil-Kappella Sistina ghadu ghaddej ix-xoghol dwar il-preparamenti tal-konklavi. Digà tghattew it-twieqi u nbnew iz-zewg cmieni li jintuzaw ghad-duhhan l-iswed u l-abjad.
Baqa' biss li titwahhal il-parti tac-cumnija minn barra. Imma x'ghaggla hemm? Il-Kardinali ghadhom ma ddecidewx id-data preciza ta' meta ser jidhlu ghall-konklavi.

Decizjoni tal-Prefettura tad-Dar Pontificja

Gie deciz ukoll li mhux ser jigu stampati biljetti ghall-quddies tal-"Pro Eligendo Pontifice", kif ukoll ghall-inawgurazzjoni tal-Papa l-gdid. Kollox ser ikun miftuh ghal dawk il-fidili li ser jilhqu jidhlu ghal dawn iz-zewg avvenimenti. Dan kien ikkonfermat mill-Prefettura tad-Dar Pontificja b'avviz fuq l-Osservatore Romano.

Il-Gimgha filghodu - Jidhlu ix-xena l-gendarmi

Il-pulizija tal-Vatikan hadmu bis-shih sabiex jiddefendu s-segretezza tal-konklavi u tal-kardinali.
Fl-ahhar sighat huma ccekkjaw b'reqqa kbira kemm il-Kappella Sistina kif ukoll id-Domus Sanctae Martha li hi r-residenza tal-kardinali tul il-konklavi minn kull possibbiltà ta' mikrofoni klandestini.
Min-naha taghhom il-gardinara tal-gonna tal-Vatikan qalghu l-istemma ta' Benedittu XVI maghmula minn ghadd ta' fjuri kkuluriti sabiex jippreparaw ohra fil-jiem li gejjin ghall-Papa li jkun ghadu kif gie elett.

Sorpriza kbira ghall-gzira ta' Pawlu

Nhar il-Gimgha wara nofs in-nhar, waslet l-ahbar kbira li l-Kardinal Prospero Grech ser jezorta lill-Kardinali Eletturi permezz ta' omelija fil-Kappella Sistina ftit tal-hin qabel ma jitfghu l-ewwel vot taghhom. Gibt quddiem ghajn-ejja c-cokon ta' pajjizna u l-istess hin l-gherf illimitat ta' dan iben din il-gzira ckejkna fil-Meditteran.

Wara din l-ghazla jista' jkun hemm zewg fatturi. Li jew il-Papa Emeritu ghadu jahdem b'mod sottili hafna sakemm jigi elett is-successur tieghu, inkella il-kredenzjali tal-Kardinal Grech, gieghlu lil bosta fazzjonijiet fil-Kullegg Kardinalizju sabiex jikkonvergu fuqu minhabba li hu ekwidistanti minnhom.

L-ahbar tad-data tal-Konklavi

Kif spjega tajjeb Padre Lombardi wara nofsinhar, fl-ahhar waslet id-data u l-hin li l-Kardinali ser ipassu lejn is-Sistina sabiex jibqghu fi klawsura mid-dinja sakemm jeleggu l-Papa gdid. Dan ser isehh nhar it-Tlieta 12 ta' Marzu f'nofsinhar, wara li l-Kardinali jkunu ccelebraw il-quddiesa "Pro Eligendo Pontifici" f'San Pietru. Minn hemm hekk tibda l-istennija ghall-Papa l-gdid.

 

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata