Wednesday
Oct 22nd
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

IL-POPLU DDECIEDA

E-mail Print PDF
Share

wenzuIl-bierah il-poplu ddecieda dwar min ghal hames snin li gejjin se jkun qieghed jaghmel hiltu kollha biex Malta tkun tassew taghna lkoll b'futur li jkun tabilhaqq fis-sod.

Lil hinn mill-ewforija tac-celebrazzjonijiet ta' minn hawn u ftit sighat ohra u d-dizappunt ta' dawk li se jixtiequ li kienu huma li qeghdin jiccelebraw, li hu zgur, wara gurnata jew tnejn se nergghu lura ghan-normalità.

Normalità li tfisser li Laburisti, Nazzjonalisti, ahna x'ahna, inkunu spalla ma' spalla ma' xulxin, girien, kollegi fuq il-post tax-xoghol, pensjonanti fil-pjazza tar-rahal jew f'xi dar tal-anzjani, studenti u zghazagh kollha energija u hegga waqt l-iskola jew f'xi post tad-divertiment, irridu nghixu u naqsmu hajjitna flimkien fejn it-twemmin politiku taghna, bhar-religjon wara kollox, jiddistingwina imma le jifridna.

Wara kollox din il-kampanja elettorali daqstant twila ma kinitx xi loghba futbol akkanita fejn ir-rebbieh ihossu trijonfanti u t-tellief ihossu umiljat. Veru li l-politika tfisser kompetizzjoni u taqtiegha bejn zewg formazzjonijiet jew aktar, imma mhux biex wiehed igib fix-xejn lill-iehor imma biex wiehed jaghmel ahjar mill-iehor ghall-gid tal-pajjiz.

 

Sfortunament f'din il-kampanja twila kellna lil min biex jirbah il-loghba akkost ta' kollox, mhux biss uza tip ta' futbol distruttiv bhall-catenaccio, imma kien ukoll anti-sportiv fejn kontinwament ipprova jmur ghal saqajn il-plejer avversarju flok ghall-ballun.
Matul din il-kampanja r-regoli tal-fairplay ftit li xejn gew rispettati, kemm ghal dak li huwa xandir pubbliku fejn mhux biss assistejna ghall-aghar tip ta' strumentalizzazzjoni politika fil-Kamra tal-Ahbarijiet ta' Natalino Fenech.

Ma setax jonqos ukoll li fil-parti l-kbira tal-programmi ta' grajjiet kurrenti tal-PBS, il-kelliema Laburisti sabu ruhhom kontinwament fi zvantagg fejn "ir-referee" mhux biss gieli ghamilha ta' kowc, imma sahansitra kien ukoll wiehed mill-plejers tat-tim avversarju.

Matul din il-kampanja r-regoli tal-fairplay twarrbu ghal kollox bl-abbuzi kbar li twettqu minn dipartimenti u korporazzjonijiet tal-Gvern biex saru "pjaciri" ta' kull tip u ghamla, bl-iskop deliberat li jinxtraw il-voti. Abbuzi ta' dix-xorta baqghu jsiru sal-ahhar gimgha ta' qabel l-elezzjoni, anki f'lejliet il-jum tal-votazzjoni. Naturalment dettalji dwar dawn l-abbuzi, ghad iridu johorgu fil-granet li gejjin.
Meta r-rizultat ta' din l-elezzjoni generali ghadu bejn sema u ilma, zgur mhuwiex l-ahjar mument biex wiehed jaghmel analizi kemm jista' jkun oggettiva u spassjonata dwar il-kampanja elettorali.
Li hu zgur però s-soltu l- effett traxxinanti li kellha f'elezzjonijiet ohrajn il-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista, kien ghal kollox nieqes din id-darba.

Il-Partit Laburista kellu kampanja elettorali bil-bosta organizzata ahjar u ferm aktar professjonali minn tal-Partit Nazzjonalista. Fejn f'elezzjonijiet ohra il-kampanja tan-Nazzjonalisti kellha cutting edge li seta' ghamel id-differenza, din id-darba l-kampanja tal-PN kienet ghal kollox nieqsa mill-isparkle tas-soltu, dehret ghajjiena u nieqsa mill-hegga u l-energija.

Mhux biss, min mexxa l-kampanja, Simon Busuttil u Pawlu Borg Olivier fuq quddiem nett, ghamlu gaffes wahda wara l-ohra, u zelqu fin-niexef ghal ma nafx kemm-il darba. Busuttil deher minfuh bih innifsu, mohhu biex jahsel idejh mir-responsabbiltà ghal dak li gara fil-hames snin li ghaddew u jfarfar fuq haddiehor.

Matul din il-kampanja, Busuttil wasal biex qal affarijiet ta' barra minn hawn li ma jitwemmnux. It-Tlieta li ghadda canfar lil gurnalista ta' Bay Radio ghax din uzat il-frazi ‘GonziPN', imbaghad ma wera xejn rispett lejn l-intelligenza ta' din il-gurnalista meta wegibha li GonziPN kien slogan ivvintat mill-Partit Laburista.

Simple Simon qal ukoll illi ghalkemm il-programm elettorali tal-PN ta' hames snin ilu kien hu li kitbu, hu ma kienx jifforma parti mill-Gvern Nazzjonalista u jekk il-poplu jaghtih il-fiducja f'din l-elezzjoni, bhala Vici-Prim Ministru hu jaghti garanzija li kull ma gie mwieghed se jitwettaq. Veru jrid ikollok idea kbira tieghek innifsek biex ma tiddejjaqx tintnefah b'dal-mod u fl-istess waqt tbaxxi lil shabek.

Fl-ewwel fazi tal-kampanja elettorali n-Nazzjonalisti kellhom bicca xoghol xejn facli jippruvaw ixejjnu il-pjan Laburista dwar l-energija. Imbaghad ghaddew ghat-tieni fazi tal-kampanja taghhom meta hargu bil-proposti elettorali taghhom u ftit li xejn qabdu art. Ghax int ma tistax titlob li tinghata hames snin ohra biex suppost twettaq weghdi godda, meta bqajt ma wettaqtx dak li kont weghdt hames snin ilu.

Imbaghad ghaddew ghat-tielet fazi tal-kampanja taghhom, b'attakki mill-aktar vili, ta' assassinju tal-karattru u tat-tfiegh ta' hmieg, fejn ippruvaw ikissru saqajn l-avversarji taghhom flok jilghabu fuq il-ballun.

U meta raw li lanqas din il-karta ma kienet se tirnexxi, ghaddew ghar-raba' stratagemma taghhom, li joqghodu jibku u jgieghlu lil min jibki, li dan mhuwiex zmien li wiehed jirrisjka, li n-nies m'ghandhomx biss jaraw sal-ponta ta' mnehirhom imma jaraw l-kwardu wieghsa, li l-Partit Nazzjonalista issa se jimxi b'politika b'wicc aktar uman, li f'hames sekondi se niddecidu d-destin taghna ghall-hames snin li gejjin, u hafna tinwih bhal dan li jekk taghsru tinduna li ma kien hemm xejn warajh hlief il-kilba biex jergghu jaghmlu hames snin ohra fil-poter.

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Wed Thu Fri Sat Sun

 

Karikatura

 

Faccata