It-tim Nazzjonali Malti ghandu zewg partiti ta' kwalifikazzjoni ghat-Tazza tad-Dinja tal-Brazil aktar tard dan ix-xahar. L-ewwel partita tkun il-Ìimgha 22 ta' Marzu kontra l-Bulgarija f'Sofia. Partita ohra difficli bhal kull wahda ohra ghat-tim taghna barra minn pajjizna.
Kontra l-Bulgari ilna hafna ma niltaqghu, ghalkemm dan mhux ta' xi importanza peress li dan huwa pajjiz li anki meta jikkwalifika ghal finali ta' xi tazza importanti fil-futbol, ftit li xejn ikun maghruf fuqu. L-aktar li forsi inkunu nafu huwa fuq plejers Bulgari li jkunu jilghabu barra l-pajjiz.
Il-partita l-ohra li ghandu skedata ghal dan ix-xahar it-tim Nazzjonali Malti tkun il-gimgha ta' wara, t-Tlieta 26 ta' Marzu f'Ta' Qali. Din hija fixture attraenti hafna ghalina l-Maltin peress li hija kontra l-Italja. Attraenti mhux ghax ghandha xi cansijiet tajbin li niksbu xi haga minn din il-partita, imma minhabba l-plejers ta' fama li jkun hemm fit-tim Taljan u li d-dilettanti Maltin ikunu jafuhom sew peress li jsegwuhom kull gimgha fuq it-televizjoni. Fl-ewwel leg meta t-tim Malti mar l-Italja konna tlifna fi Stadio Braglia bl-iskor ta' 2-0, fil-11 ta' Settembru 2012.
Ta' interess dwar din il-partita huwa li l-probabbiltà l-kbira hija li tintlaghab quddiem madwar 17,000 spettatur peress li x'aktarx li l-biljetti tal-grawnd se jinbieghu kollha. Fil-fatt sal-hin li qeghdin niktbu, kien ghad fadal inqas minn 2000 biljett u dawn jinkludu 600 biljett bi prezzijiet gholjin li huma mahsuba ghall-partitarji Taljani.
Hawn wiehed ta' min isemmi li l-Federazzjoni Taljana talbet biss 400 biljett, li jfisser li forsi jkun hemm xi ftit biljett ohra ghal bejgh ghall-Maltin. Bla dubju li nistghu nghidu huwa li l-grawnd taghna f'Ta' Qali se jkun sold out ghal din il-partita, xi haga li mhux daqstant tigri f'pajjizna.

| < Prev | Next > |
|---|






