Il-futbol tan-nisa f'Malta dan l-ahhar iffjorixxa hafna u qieghed ihalli r-rizultati. Avvanzi ricenti fl-izvilupp tal-futbol tan-nisa f'Malta huma prova tal-isforz kbir li qieghed isir biex tkun promossa l-loghba fost in-nisa.
Il-Malta Football Association qieghda tkun wara u tissapportja kull wiehed minn dawn it-tentattivi li qeghdin isiru biex ikabbru l-futbol tan-nisa.
L-MFA qieghda tpoggi ghad-dispozizzjoni tal-organizzaturi r-rizorsi u n-knowhow kollu li ghandha biex dan is-settur ikompli jikber. Prova ta' dan huwa l-progress li l-futbol tan-nisa qieghed jaghmel kemm lokalment kif ukoll fix-xena internazzjonali.
L-organizzazzjoni ta' festivals fl-iskejjel, turnaments kif wkoll l-organizzazzjoni tal-kampjonati kemm tal-ewwel kif ukoll tat-tieni divizjoni, attiraw hafna bniet biex jibdew jilaghbu l-futbol organizzat, imma mhux biss izda wkoll kowcis u timijiet participanti minn kull rokna ta' Malta.
Ricentement kien introdott il-facebook bhala inizjattiva gdida ghal partecipazzjoni tan-nisa fil-futbol. Din hija ghodda ohra intenzjonata biex teduka u ddahhal f'mohh in-nisa Maltin aktar imhabba lejn din l-aktar loghba popolari fid-dinja.
Forsi d-dilettanti tal-futbol lokali ma jafux, imma l-MFA digà qieghda torganizza l-kampjonati tal-Ewwel u t-Tieni Divizjoni. Bhalissa l-kampjonat tal-ewwel divizjoni wasal fl-ahhar tal-ewwel fazi u din il-gimgha se tibda t-tieni fazi, jigifieri dik tac-Champ-ionship u r-Relegation Pools.
Fic-Championship Pool se jkun hemm jiehdu sehem Mosta, B'Kara, Hibs u Ghawdex, filwaqt li Mgarr United, Pembroke Athleta, Hamrun Spartans u Tarxien Rainbows se jkunu fir-Relegation Pool.
Il-loghob tal-futbol tan-nisa normalment jintlaghab il-Ìimgha u t-Tlieta f'diversi grawnds bhal dawk tas-Sirens, ta' Tarxien, ta' Zebbug, ta' Mgarr, ta' Pembroke u l-grawnd Charles Abela.
L-ewwel fazi tal-kampjonat intemmet il-gimgha l-ohra bl-ewwel rebha tal-fazi ghal Tarxien Rainbows u bir-rebha kbira ta' 7-0 tac-champions renjanti B'Kara.
Issa ghat-tieni fazi mistennija taqtiegha kbira ghar-rebh tal-kampjonat bejn l-istess B'Kara u l-isfidanti ewlenin Mosta li spiccaw fl-ewwel post fl-ewwel fazi kif ukoll il-Hibernians li temmew l-impenji taghhom tal-ewwel fazi b'punti daqs B'Kara u tlieta inqas minn Mosta.
Fit-Tieni Divizjoni hemm jilaghbu sitt timijiet li huma Raiders Luxol, Kirkop United, Fgura United, Sta Venera Yellow Blues, Vittoriosa Stars u Lija/Iklin.
Wara disa' partiti Raiders Luxol jinsabu fl-ewwel post b'27 punt, fit-tieni post ikunu Kirkop Untied bi 22 punt, Fgura United 10, Sta Venera u Vittoriosa Stars 7 u fl-ahhar post Lija/Iklin bi tliet punti.

| < Prev | Next > |
|---|






