F'nofs ix-xahar li ghadda s-Sindku ta' Tas-Sliema Anthony Chircop habbar li l-iskema tal-parkegg residenzjali kienet se tibda topera mill-ewwel gimghat ta' Marzu. Permezz ta' din l-iskema nofs il-parkeggi f'Tas-Sliema se jkunu riservati ghar-residenti kuljum bejn it-8.00 ta' filghodu u d-9.00 ta' filghaxija. F'dawn l-hinijiet min m'huwiex resident se jkun jista' jipparkja fiz-zoni riservati ghal saghtejn biss.
Apparti l-fatt li din il-mossa giet meqjusa bhala gimmick ohra qabel l-elezzjoni generali, din spiccat ukoll f'nofs kontroversja peress li hafna ma qablux maghha. Kien hemm min qajjem dubji dwar kemm din l-iskema kif proposta hija skont il-ligi, hekk kif fil-passat kemm il-Qorti Civili u anki Transport Malta irrifjutaw l-idea ta' parkeggi riservati. Madanakollu l-Kunsill Lokali sostna li kellu l-permessi necessarji sabiex jimplmenta l-iskema.
Fost dawk li lmentaw ghal din l-iskema kien hemm qraba ta' persuni anzjani li jghixu f'Tas-Sliema u li jkollhom bzonn min idur bihom ghal hinijiet twal matul il-gurnata. Ilmentaw ukoll mijiet ta' haddiema li jahdmu f'Tas-Sliema u li l-postijiet tax-xoghol taghhom jinsabu mdawwra minn kullimkien bil-parkeggi riservati. Dawn issa se jkollhom jipparkjaw 'il boghod hafna minn fejn jahdmu, juzaw it-trasport pubbliku, inkella joqghodu jcaqilqu l-vettura taghhom kull saghtejn.
Fuq kollox l-ikbar kritika saret mill-kommunità kummercjali ta' Tas-Sliema, li sahqet li ma kienetx giet infurmata, u wisq inqas ikkonsultata, b'din id-decizjoni.
Dawn staqsew jekk is-Sindku kienx ghamel l-istudji necessarji sabiex isir maghruf kif din l-iskema kienet se taffetwa lil dawk kollha li juzaw il-parkeggi f'din il-lokalità; minn residenti sa haddiema u konsumaturi.
Il-kommunità kummercjali oggezzjonat primarjament ghall-parkeggi riservati madwar iz-zona kummercjali ewlenija, minn Triq Manwel Dimech sa Triq Bisazza.

| < Prev | Next > |
|---|






