Fl-2010 l-eks Chairman tal-Enemalta Alex Tranter telaq mill-kariga tieghu fl-Enemalta u nghaqad mal-kumpannija Amerikana SunPower Corporation, li hija sussidjarja tal-kumpanija Total. Fiz-zmien li Tranter kien impjegat tal-Enemalta u membru fuq il-kumitat ghax-xiri taz-zejt, Total rebhet kwazi l-kuntratti kollha ghax-xiri taz-zejt.
L-impjieg ta' Tranter mas-sussidjarja ta' Total kien zvelat mis-sit elettroniku Maltastar kmieni din il-gimgha. Is-sit irrapporta li fil-hames snin tal-kariga ta' Tranter fl-Enemalta, cioè bejn l-2005 u l-2010, l-Enemalta xtrat iktar minn ›1 biljun f'zejt, kwazi kollha minghand il-kumpannija Total u s-sussidjarja taghha Totsa.
Fost il-kuntratti l-ohra li ntrebhu kien hemm dawk ghal gazolina bla comb, petrol u dijzil. Kuntrarju ghal dak li kien jigri fis-snin ta' qabel, fi zmien Tranter uhud minn dawn il-kuntratti inghataw ghal sena shiha, u mhux fuq bazi ta' tlieta jew sitt xhur.
Fid-dritt ghar-risposta Tranter stqarr li fil-kariga tieghu mal-kumpanija SunRay Italy, li tappartjeni lil SunPower Corporation, ma kellu l-ebda konnessjoni mal-kumpanija Total. Ûied jghid li kien biss sena wara li gie impjegat ma' SunRay li l-kumpanija Total xtrat sehem kbir ta' SunPower Corporation, u li lanqas hawnhekk huwa ma kellu sehem.
Madanakollu jibqa' l-fatt li sa minn April 2011 Tranter kien qed jahdem ghal SunPower Corporation, li hija sussidjarja ta' Total, u li issa qed tigi investigata b'rabta ma' korruzzjoni fix-xiri taz-zejt. Huwa wkoll fatt li taht Tranter l-Enemalta ghazlet li topera l-power station ta' Delimara b'zejt li jniggez, liema kuntratti ghax-xiri ta' dan iz-zejt intrebhu kwazi kollha minn Total.
Minbarra fl-Enemalta, Tranter kien impjegat ukoll ma' CareMalta; kumpanija ta' Ûaren Vassallo. Ironikament, Vassallo huwa wkoll il-kuntrattur li rebah it-tender ghall-bini tal-power station tal-BWSC ikkummissjonata mill-Enemalta fi zmien li Tranter kien Chairman taghha.

| < Prev | Next > |
|---|






