Malta tghid taghha fl-elezzjoni
Il-poplu Malti qal tieghu fl-elezzjoni generali tal-bierah, f'votazzjoni li kienet kalma ghall-ahhar. Ic-cifra mhux ufficjali tat-turnout ta' 93% tindika tnaqqis marginali ta 0.3% mill-elezzjoni generali tal-2008 meta t-turnout kienet ta' 83.3%.
Madankollu jidher li hafna votanti wiegbu ghas-sejha tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat biex jivvutaw kmieni tant hu hekk li sas-2pm kienu vvutaw 49%, zieda ta' 4% mill-elezzjoni tal-2008.
Intant Dr Joseph Muscat fi tmiem il-votazzjoni irringrazzja lill-mijiet ta' voluntiera li taw sehemhom fil-kampanja elettorali u tenna li jkun xi jkun ir-rizultat il-hidma taghhom hija verament apprezzata.
Matul il-jum tefghu l-vot taghhom l-oghla awtoritajiet tal-pajjiz.
Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat kien l-ewwel mit-tliet mexxeja tal-partiti ewlenin li tefa' l-vot tieghu. Joseph Muscat akkumpanjat minn martu Michelle ivvutaw fl-iskola Primarja ta' Burmarrad ghal habta tad-disgha ta' filghodu, fejn mal-wasla taghhom kienu milqugha mill-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Salvu Gauci.
Ghall-habta tal-10.00am, fl-iskola Primarja ta' Wied il-Ghajn, tefa' l-vot tieghu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi li kien akkumpanjat minn martu Kate u minn ibnu Paul.
Ftit wara li daqqu l-11.00am, fl-iskola Primarja ta' Wied il-Ghajn ivvutaw il-President tar-Repubblika, George Abela u martu Margaret Abela.
Intant, filwaqt lid-Deputat Mexxej Laburista ghall-Affarijiet tal-Parlament Louis Grech ivvota fl-iskola Primarja tal-Kalkara ghall-habta tal-10.30am, id-Deputat Mexxej Laburista ghall-Affarijiet tal-Partit, Toni Abela, tefa' l-vot tieghu fl-iskola Primarja tar-Rabat Malta ghall-habta tas-2.30pm.
Min-naha tieghu, c-Chairman tal-Alternattiva Demokratika, Michael Briguglio, ivvota ghall-habta tal-10am f'Tas-Sliema.
Ghal din l-elezzjoni generali kienu intitolati jivvutaw 333,006 (29,700 minnhom godda) imma minnhom iridu jitnaqsu is-6,523 voti li ma ngabrux. B'hekk il-bierah is-Sibt setghu jivvutaw 326,483 persuna.
Fl-elezzjoni generali tal-2008, ma kienux gabru l-vot taghhom 5,266 imma t-total ta' votanti registrati kien ta' 315,357. Filwaqt li fl-elezzjoni generali tal-2008 kienu 1.7% tal-votanti registrati li ma gabrux il-vot taghhom, f'din l-elezzjoni generali kienu 1.95% li ma gabrux il-vot taghhom.
Nhar il-Ìimgha saret il-votazzjoni ghall-ewwel darba fl-isptarijiet u f'numru ta' djar tal-anzjani.
Fl-elezzjoni generali tal-bierah kien hemm 609 kaxxi mifruxin fuq 13-il distrett elettorali li jitilghu ghal 700 jekk maghhom tghodd dawk fl-isptarijiet u dawk li ntuzaw ghall-votazzjoni kmieni.
Ikkontestaw 167 kandidat li 101 minnhom ikkontestaw fuq zewg distretti, li jgib it-total ta' 268 nomina biex jimtlew 65 siggu parlamentari.
Matul il-jum tal-bierah is-Sibt, apparti l-votazzjoni tal-elezzjoni generali, saret ukoll l-elezzjoni ghall-kunsill lokali f'34 lokalità. Fl-elezzjonijiet lokali, il-votanti eligibbli kienu jammontaw ghal ftit aktar minn 189,400. Ma ngabrux 17,543 vot, li 14,000 minnhom kienu ta' votanti barranin. Dan ifisser li ma ngabrux voti 3.1% aktar mill-ahhar elezzjonijiet li saru fl-istess lokalitajiet.
Proprjament saret elezzjoni fi 33 lokalità ghax fil-lokalità tal-Imdina, ma saritx elezzjoni ghax il-kunsill digà huwa ffurmat ghax kien hemm biss hames kandidati f'kunsill ta' hames kunsilliera.
Il-kandidati ghall-elezzjonijiet lokali b'kollox kienu 366, li minnhom iridu jigu eletti 232 kunsillier f'27 lokalità f'Malta u 6 f'Ghawdex. Il-kaxxi tal-vot madwar il-pajjiz fl-elezzjonijiet lokali li kienu jammontaw ghal 308, li jekk izzid maghhom dawk tal-istaff elettorali u dawk tal-votazzjoni kmieni jizdiedu ghal 376.
VOTAZZJONI KALMA IZDA QAWWIJA
L-Ghadd tal-Voti
L-ghadd tal-voti, kemm f'Malta u kemm f'Ghawdex se jsir fic-Çentru tal-Ghadd tal-Voti fin-Naxxar. Il-process tal-ghadd tal-voti jibda immedjatament hekk kif jaghlqu l-postijiet tal-votazzjoni u l-kaxxi jibdew jinfethu kif jaslu fin-Naxxar. Hemmhekk se jkun hemm digà l-kaxxa bil-voti ta' min se jkun imsiefer, tal-istaff elettorali u tal-isptarijiet, li wkoll jinfetħu mill-ewwel.
Bi ftehim bejn il-partiti, l-ghadd tal-voti skont l-ewwel preferenza - meta jibdew johorgu l-ewwel indikazzjonijiet dwar min se jirbah l-elezzjoni - mhux se jibda qabel il-11am tal-lum.
L-ghadd tal-voti tal-elezzjoni tal-kunsilli lokali, sejjer isir nhar is-Sibt li gej 16 ta' Marzu fis-Sala tal-Ghadd tal-Voti n-Naxxar.
F'dan il-kaz, din is-sena, mit-total ta' ftit aktar minn 17,500 dokument tal-vot li baqghu ma ngabrux, hemm 14,000 li huma barranin residenti f'Malta, bid-dritt ghall-vot f'pajjizna, li jfisser li huma biss madwar 3,500 il-Maltin f'dawn il-lokalitajiet li ma gabrux il-vot taghhom.
Appell ghall-kalma u l-bon ordni
Sadanittant fi stqarrija kongunta l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista appellaw lill-pubbliku biex kulhadd izomm il-bon ordni u jimxi mal-ordnijiet moghtija mill-pulizija ikun xi jkun ir-rizultat tal-elezzjoni.
Il-partit qablu li fl-gheluq tal-polling boots ghandhom jitnehhew kwalunkwe billboards bi propoganda politika.

| < Prev | Next > |
|---|






