Fi twegiba ghal storja ppubblikata f’dan il-gurnal nhar id-29 ta’ Novembru bit-titlu “Cahhduhom mid-dritt li jitghallmu l-Malti”, l-Ministeru tal-Edukazzjoni kkonferma li ulied Maltin li jahdmu fl-istituzzjonijiet Ewropej u li jattendu l-iskejjel Ewropej fi Brussell kienu mcahhda mid-dritt li jaghzlu l-Malti bhala l-ewwel lingwa.
Fi twegiba tieghu il-Ministeru kkonferma li rcieva talba minghand il-genituri ta’ dawn it-tfal nhar it-Tlieta 24 ta’ Novembru biex din is-sitwazzjoni tkun indirizzata minnufih. Fil-fatt kienu disa’ l-koppji li lmentaw dwar dan.










