
Jekk wiehed jaghti harsa lejn l-oqsma tad-djar li nbnew fis-snin sebghin u tmenin, ma jistax ma jinnutax differenza kbira bejn dawn id-djar u d-djar li qeghdin jinbnew bhalissa, b'mod specjali mill-kuntratturi. Filwaqt li d-djar li nbnew fl-era tas-sebghinijiet u t-tmeninijiet huma fil-maggoranza taghhom imdaqqsa u adegwati ghall-familja ta' hamsa u anki sitta min-nies, hafna mid-djar li nbnew fl-ahhar snin bilkemm huma adegwati ghal familja ta' erbgha.











