Il-garra gejja u sejra fl-ahhar tinkiser. Richard Cachia Caruana ma kienx sempliciment civil servant, ma kienx semplici ambaxxatur, imma kien l-emminenza griza par eccellenza. Il-poter wara t-tron, il-grandmaster of spin, il-Kardinal de Richilieu, ir-Resputin ta' Malta.
Dak li qatt ma cappas idejh biex ihabbat il-bibien tan-nies ghall-voti. Kien jikkunsidra lilu nnifsu aristokratiku wisq biex jinzel ghal dawn il-livelli u ghalkemm qatt ma kkontesta ebda elezzjoni biex ifittex l-appogg popolari ghalih innifsu, madankollu, xorta ppretenda li jkun hu li jikkmanda u jikkontrolla, sahansitra anke lil dawk li huma eletti mill-poplu.
Kien jippretendi li mhux biss l-oghla ufficjali tac-civil joqghodu ghal li jghid hu, imma anke edituri u gurnalisti ta' gazzetti u mhux biss deputati imma anke sahansitra ministri tal-Gvern.
L-eks deputat editur tal-gurnal The Times, Roger Mifsud li rrifjuta li joqghod ghall-intimidazzjoni ta' RCC kien sejjahlu bully bla skrupli, "unscrupulous bully" wara li RCC kien bghatlu messagg kriptiku li Mifsud kien qies li kien intimidatorju u li jindahallu fix-xoghol tieghu.



