
Li Ghawdex ikollu tmexxijja bi strutturi u sistemi specifici ghalih mhix xi haga gdida. Anzi ghandha storja li tmur lura sekli shah. Fi zmien l-Imperu Ruman, Ghawdex kien municipju privileggjat u indipendenti minn Malta.
Fi zmien il-hakma ta' Sqallija, fil-1416, Ghawdex kellu gvern lokali, li kien jissejjah l-Università, kompost minn hakem bhala kap u minn erba' ufficjali gholjin imsejha gurati li kienu jintghazlu mill-poplu permezz ta' elezzjoni.
Il-hakem u l-gurati kienu dejjem jintghazlu Ghawdxin. Din l-ghamla ta' tmexxija baqghet fis-sehh sal-1551 meta l-Kavallieri biddlu l-isem ta' hakem ghal dak ta' Gvernatur u minflok Ghawdxi beda jinhatar Kavallier tal-Ordni.





Jikteb





