KULLHADD hu mitbugh mis-Sound Vision Print Limited, kumpanija esklussivament tal-PL. Il-produzzjoni tal-gurnal KULLHADD issir mir-raba' sular tac-CNL, imnejn jopera ONE NEWS. Wara investiment sostanzjali li sar mill-kumpanija fil-qasam tat-teknologija ta' l-informatika, il-produzzjoni tal-gurnal hi ghal kollox responsabbiltà tal-istaff editorjali li jiehu hsieb ukoll jaghmel ix-xoghol inhouse, qabel jghaddi l-gurnal ghall-ahhar stadju, jigifieri dak ta’ l-istampar.
X'jaghmel lil KULLHADD gurnal daqstant popolari? Il-gurnal KULLHADD intlaqa’ daqstant tajjeb mill-pubbliku ghax iwassal lill-qarrejja stejjer li jgharblu fil-fond dak kollu li jkun ghaddej minnu pajjizna. Stejjer li huma rizultat ta’ gurnalizmu investigattiv, u li jitwasslu permezz ta' gurnalisti zghazagh u ohrajn ta’ esperjenza.
Barra li l-gurnal KULLHADD iwassal lill-qarrejja l-opinjoni ta' persuni midhla sewwa tal-politika Maltija, jinkludi wkoll features ta’ interess generali bhal muzika, films, sesswalità, gossip kif ukoll ghadd ta' kompetizzjonijiet. Hu gurnal li jolqot il-gosti ta' bosta, kemm il-kbar kif ukoll iz-zghar, billi jwassal ukoll taghrif dwar ic-cinema, t-televizjoni, u l-isports.L-isports tal-gurnal KullHadd huwa meqjus fost l-aqwa sports fuq il-gurnali f'pajjizna. Hawn ma tonqosx l-ghajnuna tat-tim tat-tim ta' ONE SPORTS.
Ma hemmx dubju li fattur importanti fil-popolarità ta' gurnal huwa l-kontenut editorjali tieghu. Daqstant ma hemmx dubju li qarrej jixtri gurnal li mhux biss jiehu gost jaqra, izda li wara kollox jirbah il-fiducja tieghu ghall-mod kif iwassal rapporti u stejjer fattwali u jkopri dak kollu li jkun qed jigri fil-pajjiz bl-iktar mod oggettiv.
| < Prev | Next > |
|---|







