Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Stharrig Fl-Universita

E-mail Print PDF
Share

Fi stharrig li sar s-sena li ghaddiet fost l-istudenti ta’ l-Università ta’ Malta,  91% ta’ dawn l-istudenti  stqarrew li kienu Kattolici, izda mbaghad fl-istess hin 51.2% biss minnhom qalu li  jemmnu fil-Knisja. Fi stharrig li sar hames snin qabel (2003) filwaqt li l-persentagg ta’ dawk li stqarrew li kienu Kattolici kien l-istess, dawk li kienu jemmnu fil-Knisja kien ferm aktar – 74.6%.  
Wiehed jista’ jaghti diversi interpretazzjonijiet lil dawn il-figuri. Biss zgur li dan se jsahhah l-id ta’ dawk li jistqarru li l-Maltin huma nsara ta’ l-isem. Nahsbu li dak li hareg minn dan l-istharrig b’xi mod jirrifletti wkoll  t-tendenza ta’ dak li qed jigri fost il-poplu. Ftit huma dawk li jichdu li huma Kattolici, izda mbaghad hemm hafna li ma jippeppartikawx ir-relighjon kattolika kif tippriedkaha l-Knisja. Jista’ jkun li l-persentagg fost il-poplu  mhux daqshekk kbir daqs dak fost l-istudenti, izda jekk wiehed ihares madwaru zgur li josserva hafna differenza bejn dak li tippriedka l-Knisja u dak li attwalment isir.

Fuq kollox hafna drabi donnu nkejlu kemm nemmnu t-taghlim tal-Knisja billi nkejlu kemm hawn nies li huma kontra d-divorzju, kontra l-abort, ecc. Il-barometru tat-twemmin norbtuh wisq ma’ dak li ghandu x’jaqsam mas-sesswalità. Forsi anke din l-emfasi kollha fuq is-sesswalità, anke min-naha tal-Knisja, qed tati l-idea lill-istudenti u l-poplu generali li  kemm temmen fil-Knisja jiddependi fuq kemm int kontra d-divorzju, kontra l-abort, kontra l-uzu tal-koncentrattivi.

U huma minhabba f’hekk li kien hemm hafna li skandalizzaw ruhhom  u qalu “f’hix wasalna”  meta nstab li 75% ta’ istudenti huma favur id-divorzju u sahansitra ghandek ukoll 375 ta’ l-istudenti li  jaccettaw l-abort f’certu cirkustanzi.

Izda mbaghad dawn l-istess nies li skanalizzzaw rwiehhom minn dak li qalu l-istudenti, ma tantx ihabblu rashom fejn jidhol l-ghoti tal-gurnata tax-xoghol, fejn jaraw kif jaghmlu lira, jew ahjar ewro, anke jekk dan jaghmluh bi hsara ta’ haddiehor, dawk li jseksku u jaqilghu qlajjiet fuq dak u l-iehor. Dan ukoll taghlim tal-Knisja.

Ikun ferm ahjar jekk flok noqghodu niskandalizzaw rwiehna bl-istudenti li f’dan l-istharrig qalu dak li jhossu, naraw sewwa x’qed iwassal ghal din is-sitwazzjoni, li fuq kollox mhix xi sitwazzjoni li tolqot partikolarment lill-istudenti Maltin.

Ghandu ragun

Ghandu mitt ragun is-Sindku ta’ Bormla, is-Sur Joseph Scerri, li jilmenta dwar il-kummenti tal-media dwar ir-rizultat tal-Junior Lyceum. Fejn is-sena l-ohra l-media ddeddikat hafna spazju, kemm bil-kitba kif ukoll bil-fomm, dwar ir-rizultat negattiv fejn jidhlu l-iskejjel tal-Kottonera, partikolarment dak ta’ l-istudenti ta’ l-iSkola Primarja ta’ Bormla, din id-darba tefghu l-lenti taghhom fuq il-persentagg gholi ta’ studenti li ghaddew u ftit li xejn ghamlu emfasi fuq il-fatt li ghadd sabih ta’ studenti ghaddew mill-iskejjel tal-Kottonera, inkluzi dawk ta’ Bormla.

Il-veru kaz li l-grajjiet negattivi biss jaghmlu hoss… u aktarx aktar jaghmlu hoss jekk jigru fil-Kottonera.

Ghalliema indifferenti

Dan l-ahhar fil-media lokali qed sikwit naqraw ittri dwar is-sieghat tax-xoghol tal-ghalliema li bosta minnhom jghatu l-idea li l-ghalliema ghandhom xalata. Sintendi qed ikun hemm twegibiet minn ghalliema li jinsistu dwar kemm l-ghalliema jiddedikaw hin barra mill-hin ta’ l-iskola biex ikunu jistghu jaqdu dmirhom sewwa.

Izda b’dawn l-ittri biss m’ahniex se nikkonvincu… meta dak li jinkiteb jisfa fix-xejn minhabba l-imgieba ta’ xi ftit ghalliema li huma ndiffernti.. li ma jaqdux dmirhom sewwa. Jehtieg li l-ghalliema jqumu fuq taghhom u juru li ma humiex lesti li jaccettaw l-mod kif jagixxu dawn. Sfortunatament kif haregh mill-istharrig, li tkellimna dwaru fil-gimghat li ghaddew,  hafna ghalliema huma lesti li jaccettaw dawn in-nuqqasijiet. Veru li wiehed ghandu jikompatixxi xi nuqqasijiet, izda mhux meta dawn ikunu repetuti u fuq kollox jirriflettu hazin fuq il-professjoni tal-ghalliema.

Billbord: MCAST

Possibli hadd mill-amministrazzjoni ta’ l-iMCAST  ghadu ma ntebah li ghaddew kwazi xahrejn minn meta saret l-open day  fl-istess istituzzjoni ta’  Kordin (Rahal Gdid) u dan l-avveniment ghadu qed jigi ppublicizzat permezz ta’ billbord daqshiex hdejn l-istess MCAST.  X’efficjenza din? X’ezempju qed naghtu?

 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata